Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Sejħa pubblika għal 5 Maġistrati ġodda

PR231588
Date Icon 13/10/2023

Il-Ministeru għall-Ġustizzja llum ħareġ sejħa pubblika fil-gazzetta tal-Gvern għal żieda ta' 5 Maġistrati ġodda, li jinkludu 4 maġistrati addizzjonali u Maġistrat ieħor biex jimla' l-post ta' Maġistrat li se tkun maħtura Imħallef.

Dan il-pass, li sar b'diskussjoni mal-Prim Imħallef Mark Chetcuti, se jkompli jsaħħaħ il-korp tal-ġudikatura u dan b'konformità mal-impenn fil-manifest elettorali 'Malta Flimkien', li llum huwa l-pjan ta' ħidma tal-Gvern.

Din iż-żieda fil-korp tal-ġudikatura qed issir bl-intenzjoni li tibda l-ewwel parti tar-riforma fil-kamp tal-inkjesti maġisterjali. Dan għaliex biż-żieda ta' 4 Maġistrati addizzjonali, il-Prim Imħallef ser ikun f'pożizzjoni li jassenja 4 Maġistrati dedikati speċifikament fuq l-inkjesti maġisterjali.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard saħaq li din id-deċiżjoni u dan l-investiment se jsaħħu l-bażi għal aktar riformi fis-settur, bl-iskop aħħari jkun li nkomplu mixjin lejn ġustizzja aktar effiċjenti. Huwa tenna li din ser tkun l-ewwel fażi minn riforma ħolistika fejn il-pass li jmiss ser ikun li tinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika r-riforma leġislattiva u amministrattiva.

Din iż-żieda, li ssegwi s-sejħa riċenti ta' 3 Imħallfin ġodda, ser tkompli ssaħħaħ il-korp tal-ġudikatura li diġà huwa l-akbar wieħed fl-istorja tal-Qrati tagħna. Dan ser iwassal ukoll għal żieda fl-ammont ta' ġudikanti meta mqabbla mal-popolazzjoni, kif kalkolat fl-evalwazzjonijiet internazzjonali tas-sistemi ġudizzjarji.

Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 30 ta' Ottubru 2023, sas-1:00pm lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, Qrati tal-Ġustizzja, Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow