Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR231585
Date Icon 12/10/2023

Il-Ministru għall-Edukazzjoni l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima jiċħad b'mod kategoriku dak li qed jallegaw il-Kelliema tal-Oppożizzjoni Rebekah Borg u Justin Schembri. Il-Ministru jenfasizza li qatt ma żgwida l-Parlament, kontra dak li qed jallegaw il-Kelliema tal-Oppożizzjoni. Il-Ministru Clifton Grima kien korrett u ċar fit-tweġibiet tiegħu għall-Mistoqsijiet Parlamentari u pprovda l-informazzjoni mitluba.

L-allegazzjonijiet bla bażi tal-Kelliema tal-Oppożizzjoni se jkomplu jiġu esposti anki għaliex huma intenzjonati biss biex ifixklu l-ħidma li qed issir fis-settur tal-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata. Fl-allegazzjonijiet tagħhom, fost oħrajn, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni qed jipprovaw idaħħlu dubju li r-rapport ta' awditjar ma sarx, meta dan mhux biss sar imma huwa wkoll pubbliku. L-allegazzjonijiet inveritiera u malafamanti tal-Kelliema tal-Oppożizzjoni jmorru b'mod intenzjonat kontra dak li huwa is-sewwa magħruf kif ukoll fatti li huma pubbliċi.

Il-Ministru mhux se jħalli lil min jippolitiċizza u jtappan b'gideb u allegazzjonijiet foloz għal skopijiet purament partiġġjani, ix-xogħol kbir li qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA). Il-Ministru jtenni li għandu fiduċja assoluta fl-MFHEA u kull informazzjoni pprovduta minnhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow