Left arrow Mur Lura

STQARRIJJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Organizzat l-Kungress Ewropew Annwali tal-FENCA f’Malta

PR231582
Date Icon 12/10/2023

Malta qed tospita għal ewwel darba l-Kungress Ewropew Annwali tal-FENCA - Federation of European National Collection Associations, avveniment li jikkoinċidi wkoll mat-30 sena anniversarju mill-ħolqien tal-federazzjoni.

Permezz tat-23 assoċjazzjoni membru nazzjonali, il-FENCA jirrappreżentaw 75% tal-kumpaniji kollha tal-immaniġġjar tal-kreditu, il-ġbir tad-dejn u x-xiri tad-dejn fl-Ewropa u għandhom 80% tas-sehem tas-suq fl-Unjoni Ewropea, b'aktar minn 80,000 ħaddiem li jipprovdu servizzi għal aktar minn ħames miljun negozju, inklużi SMEs, banek Ewropej u barranin, kif ukoll is-settur pubbliku madwar l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard indirizza l-ftuħ tal-konferenza fejn tenna li fi snin riċenti l-Gvern implimenta diversi riformi biex isaħħaħ il-qafas leġiżlattiv li jirrigwardjaw il-ħidma tal-aġenziji tal-immaniġġjar tal-kreditu u l-aġenziji li jiġbru d-dejn. Huwa kompla jgħid kif il-Gvern qiegħed jaħdem biex tkun stabbilita Qorti Kummerċjali speċjalizzata, li titratta fost l-oħrajn materji ta' insolvenza u kreditu. F'dan ir-rigward semma kif l-aħħar sejħa għal 3 Imħallfin, se tkun qed toffri l-opportunità li jkollna 2 Imħallfin li jiġu assenjati mill-Prim Imħallef b'kawżi fis-settur kummerċjali.

Il-Ministru Attard kompla jgħid kif bl-għan li jkollna standards għola u b'konformità mal-liġijiet Ewropew, ġew trasposti u implimentati l-Insolvency Directive, il-Consumer Credit Directive u l-Late Payment Directive, fost numru ta' miżuri oħrajn. Filwaqt li għaddejja ħidma biex tkun aġġornata s-sistema tan-notifiki tal-Qorti speċjalment dawk li jittrattaw il-mandati u mandati kawtelatorji u dan flimkien ma' investiment bla preċedent fid-diġitalizzazzjoni, bil-għan li tiżdied l-effiċjenza

Għal din il-konferenza qed jattendu madwar 200 delegat mill-Unjoni Ewropea, l-Afrika ta' Fuq, l-Istati Uniti u l-Asja. Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-President tal-Federazzjoni Claus Spedtsberg u diversi kelliema oħra.

STQARRIJJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Organizzat l-Kungress Ewropew Annwali tal-FENCA f’Malta
STQARRIJJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Organizzat l-Kungress Ewropew Annwali tal-FENCA f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow