Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Taħriġ lill-professjonisti fil-qasam tal-vjolenza domestika minn esperti internazzjonali

PR231581
Date Icon 12/10/2023

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal qed jikkollabora mal-Università Johns Hopkins fl-Istati Uniti bil-għan illi jissaħħaħ l-għarfien u t-taħriġ lill-professjonisti Maltin illi jaħdmu ma' każijiet serji ta' vjolenza domestika.

Tul l-aħħar jiem, din id-delegazzjoni waslet f'Malta u bdiet sessjonijiet ta' taħriġ dwar diversi aspetti illi jolqtu direttament is-suġġett tal-vjolenza domestika. Madwar mitejn ħaddiem soċjali, membri tal-Korp tal-Pulizija, persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni, attendew għal sessjonijiet ta' taħriġ li matulhom kellhom iċ-ċans jifhmu aħjar metodi innovattivi li jistabbilixxu fatturi li jpoġġu f'riskju vittmi ta' vjolenza domestika.

Matul dawn is-sessjonijiet tmexxa 'l quddiem il-kunċett ta' 'Danger Assessment Tool', tip t'assessjar illi jintuża f'diversi pajjiżi, u li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jistabbilixxi kemm jista' jkun malajr fatturi assoċjati ma' riskju t'omiċidju f'relazzjonijiet vjolenti.

Dawn id-dettalji ingħataw f'konferenza tal-aħbarijiet, mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Multi Agency Risk Assessment Meeting (MARAM) Ruth Sciberras, u l-Professur Jacqueline Campbell mill-Università Johns Hopkins.

Il-MARAM, li issa beda jitħaddem fit-totalità tiegħu, qed iħejji pjan ta' ħidma fir-rigward ta' vittmi milquta mill-pjaga soċjali tal-vjolenza domestika. Għalhekk, wara l-assessjar, f'każ li joħroġ li jkun hemm riskju għoli ta' periklu serju għall-vittma jew għall-qraba tagħha, dan il-każ jgħaddi fis-sistema tal-MARAM biex tkun tista' ssir analiżi bejn diversi professjonisti.

Id-'Danger Assessment Tool' jintuża speċifikament fl-Istati Uniti, u diversi pajjiżi oħra, b'dan il-mudell mistenni jiġi adottat f'Malta wkoll wara li jkun ingħata ċertu livell t'għarfien lill-persuni kollha illi jkollhom kuntatt dirett ma' vittmi ta' vjolenza domestika kif ukoll il-familjari tagħhom.

Il-Ministru Michael Falzon temm billi għamel emfasi li l-Gvern se jkompli jinvesti fir-riżorsi umani u ser ikompli jagħti taħriġ kontinwu lill-professjonisti, sabiex ikunu f'pożizzjoni, illi jassistu f'każijiet li verament jeħtieġu attenzjoni immedjata.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Taħriġ lill-professjonisti fil-qasam tal-vjolenza domestika minn esperti internazzjonali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow