Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Jitlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni dettaljata u studju tas-settur tal-volontarjat

PR231580
Date Icon 12/10/2023

Tlesta l-proċess ta' konsultazzjoni u riċerka li kien tnieda mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) permezz tal-Konvenzjoni VO Plus. L-għan ta' dan il-proċess kien li jirriforma s-settur u jiżgura li jilħaq il-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-volontarjat f'Malta. Dan għandu jwassal għal qafas ta' tibdiliet fis-settur tal-volontarjat.

Il-Konvenzjoni VO Plus kienet ispirata mill-prinċipju li s-settur tal-volontarjat għandu jkompli jkun rikonoxxut bħala pilastru importanti fis-soċjetà u jelimina n-narrattiva tad-dilettantiżmu. Fil-qofol ta' din il-konvenzjoni kien hemm l-aspett ta' diskussjoni kif ukoll proċess estensiv ta' analiżi tal-għaqdiet reġistrati, li bħalissa huma viċin l-1,850. Il-konvenzjoni inkludiet aktar minn 1,300 laqgħa ma' organizzazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Kumissarju, skrutinju tal-operazzjonijiet u l-istrutturi tal-organizzazzjonijiet kollha reġistrati u żewġ proġetti ta' riċerka fuq perjodu ta' 18-il xahar.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, iddeskriviet il-qasam tal-volontarjat bħala “pilastru fis-soċjetà tagħna. Il-firxa vasta tiegħu hija polz mill-aqwa dwar il-ħidma fil-komunitajiet. Dan mhux biss għandna nirrikonoxxuh imma għandna wkoll insaħħuh. Ħidma volontarja ma tfissirx dilettantiżmu u huwa għalhekk li rridu nagħtu lill-organizzazzjonijiet konċernati l-għodda u s-saħħa li għandhom bżonn biex mhux biss jibqgħu jiffunzjonaw imma jiffunzjonaw aħjar. Il-proċess ta' konsultazzjoni li għadu kemm intemm se jgħin lejn din id-direzzjoni."

Xi sejbiet ewlenin tar-riċerka jinkludu:

Strutturi ta' VOs reġistrati

• 73% Assoċjazzjonijiet

• 16% Fondazzjonijiet

• 2% Federazzjonijiet

Reach

• 22% huma locality-based

• 67% huma nation-based

Servizzi

• 20% jipprovdu servizzi, 28% minnhom bi ħlas, 2% minnhom b'donazzjoni, 60% minnhom b'xejn u 2% permezz ta' għotjiet

• 11% jagħmlu karità

Ħidma mal-minorenni

• Indikatur sinifikanti kien dak ta' 51% li għandhom kuntatt ma' minorenni

Sejba ewlenija fir-riċerka li saret kienet li hemm bżonn li l-organizzazzjonijiet volontarji jiġu differenzjati aktar – skont id-daqs, turnover, u l-iskop tagħhom. Fid-dawl ta' dan, lista ta' proposti għal bidliet fil-klassifikazzjoni u l-kategorizzazzjoni tal-VO's qed tiġi rrakkomandata għal konsultazzjoni mal-partijiet interessati fis-settur, bil-għan li jiddifferenzjaw is-settur biex ikun rappreżentattiv ta' dak li hu.

Permezz ta' dan l-eżerċizzju qed jiġu proposti bidliet anke fil-mod kif l-organizzazzjonijiet jissottomettu r-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom u jiffaċilitaw ukoll ir-rekwiżiti inter-regolatorji fejn meħtieġ. Ġew identifikati wkoll għadd ta' bidliet bil-għan li l-isforzi ma' regolaturi oħra jiġu ssimplifikati.

Sadanittant, fid-dawl tal-fatt li 51% tal-għaqdiet jaħdmu mat-tfal, tħabbar li ser titwaqqaf taskforce bil-għan li jiġu stabbiliti linji gwida fuq livell ġenerali biex jkun hemm salvagwardji f'posthom għal dawk l-għaqdiet li jaħdmu mal-minorenni biex ikun hemm il-protezzjoni neċessarja u jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għal dan il-għan.

B'mod parallel ma' dan, l-OCVO għaddiet minn eżerċizzju ta' ristrutturar sabiex tkun tista' tiġi trasformata f'entità li mhux biss tirregola iżda sservi lis-settur, filwaqt li tagħti s-setgħa u tissalvagwardja l-organizzazzjonijiet u s-settur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Jitlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni dettaljata u studju tas-settur tal-volontarjat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow