Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Abela f’Londra għall-konferenza dwar il-futur tas-saħħa fl-Ewropa

PR231576
Date Icon 12/10/2023

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela pparteċipa f'summit ta' jumejn f'Londra bit-titlu 'Future of Health Europe 2023'.

Għal dan is-summit attendew ministri, politiċi, uffiċjali governattivi, speċjalisti u managers fl-oqsma tas-saħħa u s-soċjal. Matul din il-konferenza ġew diskussi suġġetti varji fosthom s-sostenibbiltà, il-ħarsien tal-ambjent, l-innovazzjoni u l-affordabbiltà tas-sistemi tas-saħħa Ewropej.

Il-Ministru Jo Etienne Abela ffoka d-diskors tiegħu fuq is-settur tas-saħħa fl-anzjanità u saħaq fuq l-importanza li l-ħaddiema fis-settur tal-ġerjatrija jibqgħu jingħataw taħriġ u li jingħataw opportunitajiet li javvanzaw 'il quddiem.

Il-Ministru tkellem dwar l-importanza li s-servizzi ġerjatriċi jsiru diġitali u teknoloġiċi sabiex ikunu jistgħu jsostnu u jimmasimizzaw ir-riżorsi limitati li għandhom kważi kull pajjiż Ewropew. Huwa tenna li l-gvern Malti kommess  li jkompli jimbotta inizjattivi ħodor f'dan is-settur vitali għas-soċjetà.

Il-Ministru Abela temm billi appella għal aktar kooperazzjoni bejn il-pajjiżi inkluż dawk mhux Ewropej, u għal miżuri li huma verament iċċentrati fuq iċ-ċittadin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Abela f’Londra għall-konferenza dwar il-futur tas-saħħa fl-Ewropa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Ministru Abela f’Londra għall-konferenza dwar il-futur tas-saħħa fl-Ewropa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow