STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jħalli Malta għal żjara fl-Awstralja
Illum waranofsinhar il-President ta' Malta George Vella ħalla Malta għal żjara fl-Awstralja.
L-għan prinċipali ta' din iż-żjara se jkunu l-laqgħat mal-komunitajiet Maltin f'Melbourne, Adelaide, Canberra u Sydney.
Il-President Vella se jkollu wkoll sensiela ta' laqgħat uffiċjali, fost oħrajn, mal-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja David Hurley, mal-Prim Ministru Anthony Albanese, mal-Kap tal-Oppożizzjoni Peter Dutton, kif ukoll mal-Gvernaturi tal-istati li se jkun qed iżur.
Id-delegazzjoni tal-President ta' Malta fl-Awstralja tinkludi lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi.
Waqt li l-President Vella jkun impenjat biż-żjara fl-Awstralja, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President.
Il-President jasal lura Malta nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en