Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Titnieda uffiċjalment l-SME Week 2023

pr231570
Date Icon 10/10/2023

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri nieda uffiċjalment l-SME Week għal din is-sena. L-SME Week se tkun mifruxa fuq numru ta' ġimgħat bejn Ottubru u Novembru, b'diversi għaqdiet u msieħba soċjali se jtellgħu attivitajiet biex titrawwem aktar kuxjenza dwar in-negozji żgħar u medji.

Il-Ministru Silvio Schembri spjega kif l-SMEs jiffurmaw il-bażi tal-ekonomija tagħna b'il fuq minn 90% tas-sehem fis-suq. “Bħala Gvern aħna kommessi li nibqgħu naħdmu mal-SME's f'dan il-pajjiż u noħolqu miżuri biex nassistuwhom," tenna il-Ministru Schembri.

Huwa semma kif matul din is-sena kienu diversi l-iskemi u miżuri kemm minn fondi Ewropej u f'fondi lokali immirati speċifikament biex jiġu mgħejuna l-SMEs. Fost oħrajn, il-Ministru Schembri semma l-Venture Capital Fund li huwa fond b'total ta' €10 miljun, li se jgħin start-ups fuq teknoloġiji innovattivi bħal video game, esports, ICT, fintech, life sciences, pharma, green energy, filming industry, agritech, AI fost oħrajn. Semma wkoll is-Seed Investment Scheme, skema li toffri inċentivi f'forma ta' krediti ta' taxxa lill-kumpaniji Maltin wara li jkunu investew fi start ups.

“Nafu kemm il-burokrazija żejda hija ta' xkiel, għaldaqstant, anke kif imwiegħed fil-manifest elettorali, qed naħdmu fuq tliet proġetti li se jnaqqsu l-burokrazija b'mod drastika. Dawn huma: li kull kumpanija jkollha d-dritt li tiftaħ kont bankarju; Credit Review Office fejn kumpaniji li ġew imċaħda minn self ikollhom it-talba tagħhom riveduta mill-ġdid; u r-repositorju tad-data fejn dokumenti ta' kumpanija partikolari jkunu miġbura f'post wieħed u jistgħu jingħataw aċċess għalihom entitajiet varji tal-Gvern, mingħajr il-bżonn li l-istess dokumenti jiġu ppreżentati lill-entitajiet varji," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Semma wkoll il-fondi Ewropej fejn saret ħidma biex anke hawnhekk titnaqqas il-burokrazija u jiġi issimplifikat il-mod kif kumpaniji speċjalment dawk żgħar u micro jkunu jistgħu jaċċessaw il-fondi Ewropej. “Din is-sena stess ħabbarna skemi għal xiri ta' makkinarju, proġetti ta' diġitalizzazzjoni u enerġija rinnovabbli, fost oħrajn u rajna l-fondi Ewropej jagħmlu d-differenza u jagħtu għajnuna meħtieġa biex SME's jkunu jistgħu jinvestu aktar fil-kumpaniji tagħhom," żied jgħid il-Ministru.

Il-Ministru Schembri ħabbar ukoll li b'kollaborazzjoni mal-European Investment Fund pajjiżna se jkun qed jirċievi €16.55 miljun f'fondi Ewropej biex ikomplu jiġu mgħejuna n-negozji żgħar u medji.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Titnieda uffiċjalment l-SME Week 2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow