Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Borg jipparteċipa fis-27 laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf

pr231566
Date Icon 10/10/2023

“Malta kienet, għadha u se tibqa' tadvoka għall-paċi u temmen li l-kooperazzjoni ta' bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) tista' tgħin aktar biex ikunu indirizzati diżastri umanitarji li qed nesperjenzaw fid-dinja." Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza s-27 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali ta' bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf fl-Oman.

Waqt li kien qiegħed jindirizza l-laqgħa, il-Ministru Borg kompla jwassal il-messaġġ li wassal pajjiżna fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda s-Sibt li għadda dwar il-vjolenza li għaddejja fl-Iżrael u f'Gaża. “Malta b'mod kategoriku u inekwivoku tikkundanna l-attakki mill-Hamas li waslu għat-telf ta' ħajja ta' bosta nies innoċenti."

Il-Ministru Borg sostna kif Malta tilqa' b'mod pożittiv id-diskussjoni dwar il-koordinazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja bejn l-UE u l-GCC. Huwa qal li din hija l-unika triq vijabbli 'l quddiem. Kompla jżid kif in-Nazzjonijiet Magħquda u l-Aġenziji tagħha għandhom ikollhom ir-riżorsi neċessarji biex verament tindirizza l-problema ta' dawk li qed isofru u qal kif din hija waħda mit-temi li dwara jista' jkun hemm kooperazzjoni effettiva bejn l-UE u l-GCC.

Matul iż-żjara tiegħu fl-Oman, il-Ministru Ian Borg kellu laqgħat bilaterali mal-Ministri tal-Oman Sayyid Badr bin Hamad al Busaidi, il-Ministru tal-Kuwait Salem Abdullah Al-Jaber Al-Sabah u l-Ministru tal-Bahrain Abdullatif bin Rashid Alzayani. Filwaqt li ġew diskussi temi attwali, fuq l-aġenda kien hemm it-titjieb tar-relazzjonijiet bilaterali u ta' kummerċ ma' pajjiżna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Borg jipparteċipa fis-27 laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Borg jipparteċipa fis-27 laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Borg jipparteċipa fis-27 laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow