Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA It-tfal taż-Żejtun jgħinu jsawru proġetti ekoloġiċi futuri fil-lokalità tagħhom

PR231562
Date Icon 10/10/2023

Project Green u l-Università ta' Malta jorganizzaw placemaking fil-komunità

It-tfal tal-iskola primarja taż-Żejtun iltaqgħu ma' periti minn Project Green u ma' studenti mill-Fakultà tal-Built Environment mill-Università ta' Malta biex jaqsmu ideat dwar kif jixtiequ jsawru l-ispazji miftuħa fil-lokalità tagħhom.

Waqt din l-inizjattiva ta' placemaking fi Ġnien iż-Żgħożija, it-tfal kellhom rwol ċentrali fit-tfassil ta' pjanijiet għal proġetti futuri biex jiġi riġenerat dan il-ġnien u ż-żona residenzjali biswit, magħrufa bħala Ġebel San Martin. It-triq biswit il-ġnien, ingħalqet temporanjament biex tgħin lit-tfal jifhmu aħjar il-benefiċċji ta' ambjent mingħajr l-użu tal-karozzi.

Periti minn Project Green u l-istudenti universitarji ppreżentaw lit-tfal flashcards b'diversi studji biex jgħinuhom jidentifikaw l-użanzi differenti għall-bandli, fejn l-Aġenzija qed tippjana proġett ta' riġenerazzjoni. Ġew imħeġġa wkoll ifasslu l-ġnien ideali tagħhom, u jipprovdu għarfien siewi dwar il-preferenzi u l-bżonnijiet tal-komunità.

It-tfal lagħbu wkoll kwiżż biex jitgħallmu dwar il-pjanti li jdakkru u l-ġonna sensorji, u pparteċipaw ukoll f'sessjoni prattika ta' tħawwil, filwaqt li ħadu l-ħxejjex aromatiċi mħawla magħhom id-dar, flimkien ma' riċetti dwar kif jistgħu jintużaw mill-familji tagħhom.

Waqt diskussjoni mat-tfal, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli spjegat li inizjattivi ta' placemaking bħal dawn jagħtu eżempju ta' involviment kollaborattiv fi ħdan il-komunità fil-ħolqien mill-ġdid tal-ispazji urbani. “Billi nipprijoritizzaw l-ideat tat-tfal u ninvolvu b'mod attiv lill-komunitajiet tagħna f'dan il-proċess ekoloġiku urban, inkunu qed noħolqu ambjent aktar sostenibbli u ta' entużjażmu filwaqt li nrawmu ġenerazzjoni ta' ċittadini responsabbli u konxji mill-ambjent," qalet Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Project Green Steve Ellul innota li t-tfal iġibu perspettivi ġodda dwar il-logħob u s-sigurtà fi spazji miftuħa u l-ħajja inġenerali, li jwasslu għal żoni urbani aktar inklużivi u favur it-tfal. “L-attivitajiet ta' placemaking jgħinu lit-tfal jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-ibliet tagħhom, billi jrawmu r-reżiljenza u l-entużjażmu," qal Ellul.

Aktar informazzjoni dwar Project Green tistgħu ssibuha fuq is-sit: www.project.green.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA It-tfal taż-Żejtun jgħinu jsawru proġetti ekoloġiċi futuri fil-lokalità tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA It-tfal taż-Żejtun jgħinu jsawru proġetti ekoloġiċi futuri fil-lokalità tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA It-tfal taż-Żejtun jgħinu jsawru proġetti ekoloġiċi futuri fil-lokalità tagħhom
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow