Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA L-Avukat Ġenerali implimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta u għolla l-istandards fil-professjoni

PR231558
Date Icon 09/10/2023

Il-Ministeru għall-Ġustizzja jiċħad l-allegazzjonijiet skorretti li ma ttieħdu l-ebda passi biex tissaħħaħ il-professjoni legali fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta interna li ġiet konkluża lura fl-2020.

Iktar minn hekk dwar dak li kitbet dwaru l-midja u li dwaru ħarġet stqarrija l-Oppożizzjoni, il-Ministeru għall-Ġustizzja jfakkar li din hi wkoll kwistjoni ta' etika professjonali, u kwalunkwe ksur ta' etika jista' jkun investigat mill-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali kemm ex-officio, jew wara li jinġieb għall-attenzjoni minn kwalunkwe persuna. Aktar kmieni llum il-Ministru għall-Ġustizzja kiteb formalment lill-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali biex jistħarrġu u jinvestigaw dak li qed ikun irrappurtat fil-midja.

Filwaqt li huwa dmir ta' kull professjonist li jsegwi l-kodiċi tal-etika li jirregola l-professjoni legali, ir-riżultanzi tal-imsemmija inkjesta interna kienu wasslu biex daħlu fis-seħħ numru ta' miżuri kemm kontrattwali kif ukoll fuq l-etika tal-professjonisti biex jipprovdu għas-sitwazzjoni ta' revolving door.

L-Ministeru għall-Ġustizzja huwa infurmat li sussegwenti għall-konklużjonijiet tal-inkjesta, ġiet introdotta klawżola li tistabbilixxi li l-impjegati fi ħdan l-Avukat Ġenerali m'għandhomx, waqt li jkunu għadhom impjegati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, jidhru għall-klijenti privati jew jidħlu f'xi negozjati dwar termini ta' ingaġġ bħala avukati difensuri ma' klijenti privati, jew personalment jew permezz ta' terzi. Il-prosekuturi fi ħdan l-Avukat Ġenerali m'għandhomx, qabel it-terminazzjoni tal-impjieg, jagħmlu xi arranġamenti jew preparazzjonijiet biex jaġixxu, biss jew b'mod kolleġġjali ma' Avukati u/jew ditti legali oħra f'isem kull persuna li kontrihom tkun qed titmexxa prosekuzzjoni mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, jew, li dwarhom l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien jagħti parir jew ippreżenta xi att ġudizzjarju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow