Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta tipparteċipa fis-Summit tal-MED5 fil-Greċja

pr231553
Date Icon 09/10/2023

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri attenda laqgħa tal-MED5 f’Tessaloniki, fil-Greċja flimkien mal-Ministri responsabbli għall-Intern u l-Immigrazzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Spanja. Mal-Ministri ngħaqad Margaritis Schinas, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq is-sitwazzjoni attwali fil-Mediterran u d-dimensjoni esterna tal-immigrazzjoni.

Il-Ministri ħadu rendikont tal-aħħar tendenzi tal-immigrazzjoni fil-Mediterran, inkluż iż-żieda qawwija tal-wasliet mir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u ż-żieda riċenti tal-wasliet mir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran. 

Il-Ministri enfasizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni esterna, inkluż il-ħtieġa li jkun hemm sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi terzi ewlenin ta’ oriġini u tranżitu bbażati fuq fiduċja reċiproka u approċċ li tinkludi rotta sħiħa.

Il-Ministru Byron Camilleri saħaq kif, minkejja li Malta tibqa’ kontinwament esposta għal pressjoni migratorja minħabba d-daqs u l-post ġeografiku tagħha, grazzi għall-isforzi li għamel il-Gvern Malti f’dawn l-aħħar snin, kemm fuq id-dimensjoni esterna kif ukoll interna, in-numru ta’ wasliet irregolari u ta' dawk li jfittxu l-ażil naqsu b’mod kostanti, filwaqt li r-rata ta’ ritorn żdiedet gradwalment. Il-Ministru enfasizza li hemm konnessjoni ċara bejn ir-rata ta’ ritorni ta’  immigranti li m’għandhomx bżonn protezzjoni internazzjonali, u r-rati tal-wasliet.

Il-Ministru Camilleri saħaq ukoll fuq l-importanza li jżidu l-isforzi fil-prevenzjoni ta’ movimenti primarji lejn l-Unjoni. Il-Ministru appella għal soluzzjonijiet vijabbli fit-tul, ibbażati fuq kooperazzjoni aktar b’saħħitha ma’ pajjiżi terzi, sforzi akbar dwar ir-ritorni u l-ġlieda kontra networks li jiffaċilitaw id-dħul irregolari tal-immigranti. Il-Ministru enfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ approċċi ġodda u innovattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali li qed niffaċċjaw. 

Il-Ministri ta’ Malta, Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Spanja ffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta b’antiċipazzjoni għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern li se ssir fid-19 ta’ Ottubru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta tipparteċipa fis-Summit tal-MED5 fil-Greċja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow