Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ

pr231552
Date Icon 08/10/2023

Fid-dawl ta' attakki f'żoni differenti tat-territorju ta' Iżrael min-naħa tal-Hamas, il-parir tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ huwa dak li ħadd ma għandu jivvjaġġa lejn l-Iżrael u t-territorji Palestinjani.

L-Ambaxxata ta' Malta f'Iżrael u l-Uffiċċju Rappreżentattiv għall-Palestina qed isegwu s-sitwazzjoni f'koordinament mal-Ministeru sabiex jassistu fl-evakwazzjoni ta' dawk il-Maltin li bħalissa jinsabu f'dawn it-territorji. Kienu seba' l-Maltin li għamlu kuntatt mal-Ambaxxata ta' Malta f'Iżrael u talbu tali assistenza. L-ebda talba simili ma waslet min-naħa tat-Territorji tal-Palestina.

Fid-dawl tal-fatt li l-ajruport Ben Gurion f'Tel Aviv m'huwiex f'qagħda li jopera bħas-soltu minħabba ċ-ċirkostanzi, titjiriet diretti lejn Malta li kienu pjanati fil-jiem tat-Tnejn 9 ta' Ottubru u l-Erbgħa 11 ta' Ottubru, ġew ikkanċellati mil-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta.

Il-Ministeru qiegħed jikkordina biex fil-qagħda preżenti jsib metodi li bihom jista' jkun ta' għajnuna liċ-ċittadini Maltin maqbuda fit-territorju. Il-Ministeru javża wkoll li dawk li jeħtieġu assistenza mill-Ambaxxata ta' Malta f'Iżrael għandhom jagħmlu kuntatt fuq 00972522575708; filwaqt li dawk li jkunu jeħtieġu assistenza mir-Rappreżentanza ta' Malta fil-Palestina għandhom jagħmlu kuntatt fuq 00972548992228. Dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu kuntatt mal-Ministeru b'mod dirett għandhom jagħmlu dan fuq in-numru 0035622040000.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow