Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Indja Subrahmanyam Jaishankar fi New Delhi

pr231547
Date Icon 07/10/2023

Il-Ministru Ian Borg b'laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Indja Subrahmanyam Jaishankar fi New Delhi

“L-opportunitajiet kbar li jeżistu fil-qasam tal-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi għandna naraw li nisfruttawhom bl-aħjar mod possibbli bil-għan li jgawdu ż-żewġ popli", qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qiegħed f'laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Indja Subrahmanyam Jaishankar fi New Delhi, fl-Indja.

Preżentament f'pajjiżna hawn 112 il-kumpanija mill-Indja, b'mod partikolari fil-qasam tal-farmaċewtika. Madanakollu, matul id-diskussjoni ntweriet ix-xewqa biex iż-żewġ pajjiżi jesploraw aktar opportunitajiet, primarjament fis-settur finanzjarju.

Il-Ministru Ian Borg qal hekk kif l-2024 tfisser is-60 anniversarju minn meta Malta u l-Indja stabbilixxew r-relazzjoni diplomatika tagħhom, ikun għaqli li ż-żewġ gvernijiet jimpenjaw ruħhom sabiex din l-istess relazzjoni tkompli teċċella ruħha u tkun waħda li sservi biex ikun hemm aktar kooperazzjoni fuq numri ta' setturi.

Id-diskussjonijiet komplew ukoll dwar ir-relazzjonijiet ta' bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja u anke l-kooperazzjoni li tista' ssir fuq bażi multilaterali, anke fid-dawl tas-siġġu ta' Malta fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Matul iż-żjara tiegħu fl-Indja, il-Ministru Borg iltaqa' mal-Konfederazzjoni tal-Industriji Indjani biex ikompli bid-diskussjonijiet tiegħu għall-potenzjal ta' aktar negozji f'pajjiżna u kif kumpaniji Maltin jistgħu jkomplu jimirħu u jkabbru l-operat tagħhom barra minn xtutna.

Il-Ministru Borg kellu l-opportunità wkoll li jiltaqa' mal-Konsli Onorarji ta' Malta fl-Indja li jinsabu mifruxa madwar il-pajjiż u anke mal-ħaddiema tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta. Il-ministru rringrazzjahom tax-xogħol siewi u importanti li jagħmlu ta' kuljum b'risq pajjiżna.

Huwa ltaqa' wkoll mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Esterni u l-Kultura Meenakshi Lekhi u anke mas-Soru Marcelle Buttigieg, li ilha għal snin twal tagħmel xogħol ta' karità f'dan il-pajjiż.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Indja Subrahmanyam Jaishankar fi New Delhi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Indja Subrahmanyam Jaishankar fi New Delhi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Indja Subrahmanyam Jaishankar fi New Delhi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Indja Subrahmanyam Jaishankar fi New Delhi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow