Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Konsultazzjoni Pubblika dwar proċedura biex ma jibdiex ix-xogħol meta jsir appell minn terzi fuq permessi tal-iżvilupp

PR231541
Date Icon 06/10/2023

Il-Gvern nieda Dokument ta' Diskussjoni għall-konsultazzjoni pubblika dwar bidliet proposti għal-liġijiet tal-Ippjanar biex meta jsir appell kontra permess ta' żvilupp, ix-xogħol ma jkunx jista' jibda sakemm ikun deċiż l-appell b'mod definittiv. L-għan tal-bidliet hu li tinħoloq sistema iktar ġusta, filwaqt li l-gvern hu impenjat ukoll li s-sistema tkun ukoll waħda effiċjenti.

Id-Dokument ta' Diskussjoni jagħti dettalji dwar l-emendi li qed jipproponi l-Gvern kemm għall-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp kif ukoll għall-Att li waqqaf it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT). L-għan ta' dawn l-emendi se jkun li meta appell isir minn partijiet terzi reġistrati jew minn awtorità esterna li tkun qed topponi permess, ikun hemm sospensjoni awtomatika tal-effettività tal-permess. Skont kif inhuma l-liġijiet preżenti, is-sospensjoni tax-xogħlijiet meta jsir appell, tista' ssir biss f'ċirkostanzi limitati. Bl-emendi l-ġodda l-Gvern irid jara li filwaqt li jkun hemm aċċess sħiħ għall-proċess ġudizzjarju jkun hemm ukoll iċ-ċertezza dwar il-proċess tal-iżvilupp.

Dawn il-bidliet ifissru wkoll investiment fl-effiċjenza tat-Tribunal u tal-Qorti tal-Appell biex l-appelli kontra permessi ta' żvilupp jinqatgħu mingħajr dewmien żejjed. Għal dan il-għan deċiżjoni dwar appell kontra permess ta' żvilupp trid tittieħed mit-Tribunal tar-Reviżjoni kif ukoll mill-Qorti tal-Appell f'perjodu ta' żmien definit. L-emendi meħtieġa ser jistabilixxu 'timeframes' li fihom iridu jittieħdu deċiżjonijiet mit-Tribunal, kif ukoll mill-Qorti tal-Appell.

Il-konsultazzjoni pubblika u taħdidiet ma' stakeholders u dawk il-persuni interessati ser jgħinu biex jkunu determinati l-aħjar timeframes filwaqt li jkun żgurat smigħ xieraq li jħares il-prinċipji tal-ġustizzja naturali. Emendi oħra għandhom l-għan li jsaħħu l-Att dwar it-Tribunal bil-għan li l-proċess ma jkunx abbużat b'appelli li jkunu meqjusa bħala frivoli u bla bażi.

Id-Dokument ta' Diskussjoni jista' jinkiseb minn https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2023/L-0017-2023.aspx fejn jistgħu jsiru wkoll is-sottomissjonijiet mill-pubbliku. Il-konsultazzjoni ser tiftaħ minn nhar it-Tnejn 9 ta' Ottubru 2023 u ser tagħlaq il-Ġimgħa 3 ta' Novembru 2023.

Proposed Amendments to EPRT and PA Acts.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow