STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ b’irkant ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ottubru 2023
L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta għall-investituri wholesale, b'irkant kompetittiv, ta' mitejn miljun Ewro (€200,000,000) f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:-
| (i) | 3.85% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (VI); u |
| (ii) | 3.95% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VII). |
Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied sa massimu ta' €150,000,000 oħra, f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.
Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant, għal minimu ta' €500,000 u f'multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu il-Ġimgħa, it-13 ta' Ottubru 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'12.00 pm (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz indikattiv ta' kull stock nhar il-Ħamis, it-12 ta' Ottubru 2023. Dawn il-prezzijiet indikattivi ser jiġu ppubblikati permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) kif wkoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ħamis, it-12 ta' Ottubru 2023.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, is-6 ta' Ottubru 2023.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en