Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jżur wirja f’Abu Dhabi li tinkludi żewġ Cippi li kienu skoperti sekli ilu f’pajjiżna

PR231535
Date Icon 06/10/2023

Iż-żewġ Cippi famużi li kienu ġew skoperti f'Malta sekli ilu u li kienu ġew isseparati meta wieħed miċ-Cippi ntbagħat Franza mill-Gran Mastru de Rohan, ingħaqdu mill-ġdid wara 241 sena, permezz ta' wirja fil-mużew Louvre Abu Dhabi fl-Emirati Għarab Magħquda. Iċ-Cippi jmorru lura sat-tieni seklu qabel Kristu.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici żar il-wirja fil-Mużew Louvre f'Abu Dhabi.  Huwa qal li minbarra l-valur kbir tagħhom mil-lat estetiku u storiku, dawn iż-żewġ artefatti huma simbolu tad-deċiframent tal-lingwi u tar-relazzjonijiet diplomatiċi.

“Din l-wirja toffri opportunità rari biex wieħed jara dawn l-artefatti mill-qrib u tagħmel l-esperjenza tal-viżitatur aktar affaxxinanti u kompluta," qal il-Ministru Bonnici.

Mhux magħruf b'ċertezza meta ċ-Cippi ġew skoperti, iżda ssemmew għall-ewwel darba fl-1694 bħala parti mill-kollezzjoni ta' Ġan Franġisk Abela. Dak iż-żmien, il-lingwa Feniċja kienet għadha ma ġietx deċifrata għal kollox. Kopji tal-iskrizzjonijiet intbagħtu barra minn Malta u minn fost il-bosta studjużi li ħadmu fuqhom, l-Abbati Jean-Jacques Barthélemy mill-Académie des Inscriptions et Belle-Lettres ta' Pariġi rnexxielu jikxef il-kodiċi tal-lingwa Feniċja fl-1758.  Ic-Cippi b'hekk saru magħrufa mad-dinja kollha u, b'turija ta' rikonoxximent, il-Gran Mastru de Rohan bagħat Cippus minnhom lill-Académie fl-1782. Dan ittieħed fil-Louvre ta' Pariġi fl-1864. Iċ-Cippus l-ieħor jinżamm fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta.

Iż-żewġ mużewijiet silfu ċ-Cippus rispettiv tagħhom biex ikun esebit f'wirja temporanja li qed issir fil-mużew Louvre Abu Dhabi. Din il-wirja qed tittella' fuq l-inizjattiva tal-Ambaxxata ta' Malta fl-Emirati Għarab Magħquda, biex tfakkar il-50 anniversarju mill-bidu tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Emirati.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jżur wirja f’Abu Dhabi li tinkludi żewġ Cippi li kienu skoperti sekli ilu f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jżur wirja f’Abu Dhabi li tinkludi żewġ Cippi li kienu skoperti sekli ilu f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jżur wirja f’Abu Dhabi li tinkludi żewġ Cippi li kienu skoperti sekli ilu f’pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow