STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Laqgħa bilaterali bejn il-President Vella u l-President Higgins
Lejlet il-Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta' Stat Mhux Eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-'Grupp Arraiolos', fil-Portugall, il-President George Vella kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Irlanda Michael D. Higgins. Din il-laqgħa ssegwi ż-Żjara Statali li l-President Vella kellu f'Marzu li għadda fl-Irlanda.
Matul il-laqgħa l-President Vella u l-President Higgins iddiskutew, fost oħrajn, it-temi fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Grupp Arraiolos li se tkun immexxija mill-President tal-Portugall Marcelo Rebelo de Sousa.
Dawn jinkludu, fost oħrajn, il-gwerra fl-Ukrajna, u kwistjonijiet oħra ta' relevanza għall-Unjoni Ewropea bħalma huma t-tibdil fil-klima, l-isfida tal-immigrazzjoni u l-ġejjieni tal-Parlament Ewropew b'mod partikolari fid-dawl tal-isfidi li għaddejja minnhom l-Ewropa, inkluż il-Mediterran, is-Sahel u l-Balkani.
Il-laqgħa tal-Grupp Arraiolos f'Porto hija l-aħħar laqgħa tal-Grupp għall-President George Vella.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en