Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Animal Honours Awards

PR231525
Date Icon 05/10/2023

Ittellgħet b'suċċess it-tielet edizzjoni tal-Animal Honours Awards. Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Animali Alicia Bugeja Said u l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina, ippreżentaw diversi premji f'kategoriji varji. Din is-sena daħlu ftit aktar minn 450 applikazzjoni għal individwi li ta' kuljum ipoġġu fuq quddiem il-ħarsien tal-annimali. Fir-rigward tan-nominazzjonijiet marbuta mal-annimali, daħlu b'kollox 670 nominazzjoni.

Min-naħa tagħha, il-Kummissarju għall-ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina spjegat li, “Dawn il-premji huma kruċjali għall-promozzjoni u għar-rikonoxximent tal-isforzi li saru, sforzi li għadhom qed isiru, u sforzi li ser jibqgħu jsiru fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali." Hija żiedet tgħid li dawn l-unuri jikkontribwixxu wkoll għall-għan aħħari li ntellgħu l-qasam tal-ħarsien tal-annimali 'l fuq kemm jista' jkun fuq l-aġenda nazzjonali u politika. “Fl-opinjoni tiegħi kull annimal, u kull min jaħdem mal-annimali, ħaqqu l-akbar unur, imma la ma nistgħux nippremjaw lil kull min ħaqqu, dawn il-premji ser jitfgħu dawl fuq ftit minn dawn l-individwi u annimali, biex b'hekk inkomplu nsaħħu s-settur u l-importanza tal-annimali f'ħajjet il-bniedem", temmet il-kummissarju.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said qalet li din is-sena n-nominazzjonijiet mhux talli żdiedu, iżda kien hemm iżjed mid-doppju tal-ammont tas-sena li għaddiet. Spjegat li dan il-gvern qed iwettaq ħidma li hi riflessa proprju f'din is-sena impenjattiva fosthom ir-riforma fid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali, il-kampanja nazzjonali għat-tiswija tal-qtates tat-triq, id-dog-friendly beaches kif ukoll id-dog parks li nfetħu. “Ninsab kuntenta ferm bix-xogħol li qed jitwettaq. Ftit tal-jiem ilu nedejna wkoll il-pjattaforma diġitali, Adoptapet, fejn nixtieq nirringrazzja mill-ġdid lill-Kummissarju għal din l-inizjattiva u l-ħidma li qed twettaq biex flimkien mas-santwarju, tkun pjattaforma ta' suċċess. Din se sservi ta' għodda tajba biex l-annimali jsibu l-imħabba li tassew jistħoqqilhom," tenniet is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Anton Refalo rrefera għall-ammont kbir ta' miżuri u inizjattivi li wettaq dan il-gvern fix-xhur li għaddew favur it-tisħiħ tad-drittijiet u l-ħarsien tal-annimali. Huwa rringrazzja lil dawk li ta' kuljum, anke b'mod volontarju, jaħdmu mal-annimali, b'mod partikolari l-ħaddiema fi ħdan l-Animal Welfare. “Intenni l-impenn tagħna li se nkomplu ninvestu fil-qasam tad-drittijiet tal-Annimali, bl-Animal Awards ikunu eżempju ċar ta' dan, fejn qed niċċelebraw id-dedikazzjoni ta' dawk kollha, partikularment il-voluntiera u l-professjonisti, li ta' kuljum jaħdmu favur il-ħarsien u d-drittijiet tal-annimali tagħna".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Animal Honours Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Animal Honours Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-Animal Honours Awards
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow