Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jinħatar aġent CEO ġdid għall-SCSA (Social Care Standards Authority)

pr231524
Date Icon 05/10/2023

Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ħabbar il-ħatra tas-Sur George Fenech fil-kariga ta' Aġent CEO tal-Awtorità għall-Kura Soċjali u l-Istandards. 


Is-Sur Fenech huwa infermier b'esperjenza vasta ta' disgħa u tletin sena u għandu higher diploma fix-xjenza politika u masters (MSc) fil-ġestjoni u l-governanza.

Minbarra r-rwol tiegħu bħala senior operating theatre scrub nurse, is-Sur Fenech okkupa rwoli ewlenin fl-akkwist ta' konsumi fl-isptarijiet u fi rwol ta' loġistika/management. Hu kien involut fit-tranżizzjoni tal-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei kif ukoll fit-twaqqif u l-ġestjoni tal-COVID-19 Swabbing Hubs fl-Isptar Mater Dei u n-Naxxar. 


L-iktar ħatra riċenti tiegħu kienet bħala Senior Nursing Manager fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela awguralu fl-irwol il-ġdid tiegħu u rringrazzja lis-CEO preċedenti s-Sinjura Lisa Cassar Shaw tal-ħidma tagħha fl-Awtorità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jinħatar aġent CEO ġdid għall-SCSA (Social Care Standards Authority)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow