Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jinħatar aġent CEO ġdid f’San Vinċenz De Paul

PR231523
Date Icon 05/10/2023

Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ħabbar il-ħatra ta' aġent CEO ġdid f'San Vinċenz de Paul. Is-Sur Jorgen Souness se jibda jokkupa din il-kariga.

Is-Sur Souness huwa infermier fejn laħaq il-grad ta' charge nurse u riċentament serva bħala d-direttur tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fil-Ministeru tas-Saħħa, speċifikament fi ħdan is-Servizzi Sekondarji ta' Kura.

Matul il-pandemija COVID-19, is-Sur Souness kellu rwol ewlieni bħala koordinatur responsabbli mis-sorveljanza tal-programm ta' tilqim COVID-19 fuq livell nazzjonali, fejn ta kontribut kruċjali sabiex dan il-programm ikun suċċess magħruf internazzjonalment.

Fir-rwol amministrattivi tiegħu fl-Isptar Mater Dei, u dan l-aħħar fl-ippjanar tal-Paola Hub, is-Sur Souness ħadem fuq il-kunċett ta' kura ċċentrata fuq il-pazjent (patient-centred care) u wasal biex jissottometti t-teżi tal-masters tiegħu dwar 'Quality Assurance in Healthcare'.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela awgura l-ħidma t-tajba lis-Sur Jorgen Souness filwaqt li rringrazzja lil Dr Josianne Cutajar għall-ħidma siewja tagħha bħala CEO preċedenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Jinħatar aġent CEO ġdid f’San Vinċenz De Paul
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow