Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imnedija s-sitt edizzjoni tal-Kite & Wind Festival fl-Għarb

pr231522
Date Icon 05/10/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda s-sitt edizzjoni tal-Kite & Wind Festival li din is-sena se jittella' bejn is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta' Ottubru fl-inħawi pittoreski tal-Kappella ta' San Dimitri, fil-limiti tal-Għarb mid-9:30 ta' filgħodu sa tard filgħaxija.

Il-Ministru Camilleri stqarr li, “Dan il-festival se jerġa' jkun esperjenza mill-isbaħ għad-dilettanti tat-tajra tradizzjonali u għal kull min jattendi. Dan huwa fuq kollox festival għall-familja kollha u għalhekk opportunità eċċellenti biex il-familji jqattgħu jumejn ta' mistrieħ fil-kampanja Għawdxija b'xenarju mill-isbaħ." Huwa fakkar kif ta' kull sena l-Kite & Wind Festival jattira mijiet ta' Għawdxin, Maltin u turisti u llum il-ġurnata sar parti mill-kalendarju kulturali Għawdxi u waħda mill-attivitajiet annwali tant imfittxija fil-gżira Għawdxija. Spjega li huwa għalhekk li l-Ministeru jinsab kommess li jkompli jagħti s-sostenn tiegħu u jiffinanzja attivitajiet kulturali bħal dawn.

Fil-festival se jieħdu sehem diversi dilettanti tat-tajr rinomati madwar id-dinja. Fil-fatt, il-parteċipanti li se jkunu mill-Italja, minn Spanja, miċ-Ċina, mill-Messiku, minn Franza, mill-Awstralja, mit-Tajwan, mill-Ġermanja, mill-Ġappun, mir-Renju Unit, mill-Istati Uniti tal-Amerka, u mill-Brażil jibdlu l-festival f'wieħed internazzjonali.

Is-Sindku tal-Għarb David Apap qal li kull sena l-ispettaklu jkun differenti, u l-viżitaturi jistgħu jġibu t-tajr tagħhom jew jixtru mill-festival stess filwaqt li d-dilettanti lokali jistgħu jipparteċipaw ukoll f'kompetizzjoni għal kulħadd. Huwa fakkar li se jerġa' jkun hemm servizz ta' Park & Ride mill-Belt Victoria għall-festival u lura, kif ukoll parkeġġ organizzat fejn dak li jkun jista' jipparkja l-Għarb u jimxi sal-inħawi ta' San Dimitri.

Matul il-ġurnata, it-tfal jistgħu jipparteċipaw fil-workshops, u se jkun hemm ukoll attrazzjonijiet oħra għal kulħadd, wirjiet tat-tajr u l-Ħadd hemm pjanata wkoll fiera tradizzjonali.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm billi rringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Għarb li qed jorganizza dan il-festival bis-sostenn finanzjarju tal-Ministeru għal Għawdex.

Għal aktar informazzjoni dwar din l-attività u aktar wieħed jista' jżur is-sit eventsingozo.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imnedija s-sitt edizzjoni tal-Kite & Wind Festival fl-Għarb
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imnedija s-sitt edizzjoni tal-Kite & Wind Festival fl-Għarb
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imnedija s-sitt edizzjoni tal-Kite & Wind Festival fl-Għarb
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow