Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Rhoda Garland maħtura Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

pr231519
Date Icon 04/10/2023

Rhoda Garland, li sal-lum kienet qegħda sservi bħala Aġent Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni d'Diżabilità, inħatret uffiċjalment f'din il-kariga wara li n-nomina tagħha għaddiet mill-iskrutinju Parlamentari u kisbet l-approvazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi. B'hekk hija se tkun it-tielet persuna li se tkun qed tokkupa din il-kariga importanti fis-settur. Hija kienet serviet ukoll fil-kariga ta' Direttur Eżekuttiv fi ħdan l-istess Kummissjoni.

Rhoda Garland iggradwat b'Baċellerat bl-Unuri fl-Accounting u l-Finanzi u aktar tard saret Management Accountant fi ħdan iċ-Chartered Institute of Management Accountants. Għal bosta snin hija ħadmet bħala Management Accountant ma' kumpaniji bbażati fir-Renju Unit u kienet involuta fi proġetti kemm mil-lat finanzjarju, kif ukoll minn dak ta' management u informatika.

F'Malta kompliet taħdem bħala konsulenta tal-IT, sakemm fl-2014 hija bdiet taħdem bħala riċerkatriċi fuq l-ewwel Rapport tal-Istat Malti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u l-Anzjanità Attiva. Fl-2015, wara li temmet b'suċċess kors ta' Masters fl-Istudji tad-Diżabilità mill-Università ta' Malta, hija ngħaqdet mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, l-ewwel fir-rwol ta' konsulenta fuq proġetti ffinanzjati mill-UE, imbagħad mill-2016, bħala Direttur Eżekuttiv.

Sa minn età żgħira,  Garland kienet attiva favur id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità. Hi kienet il-President tal-NGO Breaking Limits li xogħolha kien li jkattar l-għarfien dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità kemm mal-pubbliku inġenerali, kif ukoll fost  il-politiċi u policymakers.

Il-predeċessur ta' Garland fil-kariga ta' Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, Samantha Pace Gasan, aktar kmieni din is-sena bdiet tokkupa kariga pubblika oħra.

Filwaqt li rringrazzjat lis-Sinjura Samantha Pace Gasan għall-ħidma li wettqet f'din il-kariga, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli awgurat lis-Sinjura Rhoda Garland kull suċċess fil-kariga l-ġdida.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Rhoda Garland maħtura Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow