Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Waqt żjara uffiċjali tal-Prosekutur Ewlieni Ewropew Laura Kovesi tiġi rikonoxxuta l-koperazzjoni mill-Gvern Malti

pr231518
Date Icon 04/10/2023

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellhom laqgħa formali mal-Prosekutur Ewlieni Ewropew Laura Kovesi ġewwa l-Berġa d'Aragona.

Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-koperazzjoni li ssaħħet tul l-aħħar sena bejn l-Uffiċċju tal-EPPO u l-istituzzjonijiet Maltin. Fil-fatt, Malta llum qed twettaq l-ogħla numru ta' investigazzjonijiet fuq reati transnazzjonali għal kull ras meta mqabbla mal-kumplament tal-pajjiżi membri. Dan it-tisħiħ hu frott ta' numru ta' proċeduri li rregolaw il-modus operandi tal-qsim ta' informazzjoni u l-kkordinament bejn l-istakeholders kollha.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal kif prova ċara tal-impenn tal-Gvern f'dan il-qasam huwa l-fatt li mar-ritorn tal-ftuħ tal-Parlament tressaq abbozz ta' liġi li ser jassigura li d-direttiva li tirregola dan il-proċess tkun aktar ċara u konkreta fil-qafas leġislattiv ta' pajjiżna. Permezz ta' dawn l-emendi leġislattivi ser ikun assigurat aktar kordinament u koperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-EPPO u l-entitajiet u l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna inkluż il-Qrati, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Pulizija u oħrajn.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri spjega kif il-Gvern qed joffri l-assistenza meħtieġa kollha, inkluż bir-riżorsa umana fejn fost l-oħrajn hemm żewġ Pulizija assenjati speċifikament mal-Uffiċċju tal-EPPO. Il-Prosekutur Ewlieni Ewropew Laura Kovesi rrikonoxxiet il-progress li sar f'dan il-qasam importanti li jissalvagwardja l-investiment tal-fondi pubbliċi transewropej. Hija tenniet kif fl-aħħar sena kienet imsaħħa l-koperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-EPPO u l-istituzzjonijiet Maltin, u dan jawgura tajjeb għaż-żmien li ġej.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Permanent għall-Ministeru għall-Ġustizzja Johan Galea, is-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Joyce Dimech, u r-rappreżentanta ta' Malta għall-EPPO Dr Yvonne Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Waqt żjara uffiċjali tal-Prosekutur Ewlieni Ewropew Laura Kovesi tiġi rikonoxxuta l-koperazzjoni mill-Gvern Malti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow