Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Il-Borża ta’ Malta bl-ewwel Green Bonds

pr231517
Date Icon 04/10/2023

L-Erbgħa filgħodu, l-ewwel green bonds f'Malta, li nħarġu minn ClearFlowPlus plc, kumpanija sussidjarja tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ġew uffiċjalment imniżżla fil-Borża ta' Malta, waqt iċ-ċerimonja tradizzjonali tad-daqq tal-qanpiena.

Dawn il-green bonds, b'valur ta' €25 miljun, b'rata ta' imgħax ta' 4.25% u b'maturazzjoni fl-2033, inħatfu fi ftit sigħat wara li ħarġu għall-pubbliku fl-1 t'Awwissu li għadda.

Il-ftuħ tan-negozjar ta' dawn il-bonds fil-Borża ta' Malta sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli, iċ-Chairperson tal-Borża ta' Malta, Joseph Portelli flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Karl Cilia u d-diretturi tal-istess entità.

Il-fondi minn dawn il-green bonds se jintużaw għall-iffinanzjar ta' proġetti ambjentali, fosthom l-impjant tar-reverse osmosis f'Ħondoq ir-Rummien, impjanti ta' pannelli solari, titjib fis-sistemi tat-trattament tad-drenaġġ, inqas telf ta' ilma, tisħiħ fl-effiċjenza tas-sistemi tal-kontijiet u tisħiħ tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma.

Dawn il-green bonds qed jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Magħquda u tal-Green Deal  tal-Unjoni Ewropea, u huma xhieda tal-impenn kontinwu tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma lejn il-ħarsien ambjentali u l-investiment fl-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma.

Il-Ministru Miriam Dalli faħħret  din l-inizjattiva bħala tragward importanti fil-ħidma ta' Malta lejn futur sostenibbli. “Din l-inizjattiva mhux biss turi l-impenn lejn il-ħarsien ambjentali iżda tpoġġi lil Malta fuq quddiem fl-iffinanzjar ambjentali," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Iċ-Chairperson tal-Borża ta' Malta Joseph Portelli qal, “Dan hu mument storiku għall-Borża ta' Malta hekk kif mhux biss għandna l-ewwel green bonds, iżda din hija wkoll l-ewwel darba li entità tal-Gvern Malti, apparti l-Gvern innifsu, qed tiġi għandna bl-investimenti tagħha. Hemm interess qawwi biex aktar entitajiet jingħaqdu mal-Borża ta' Malta, biex ikomplu joffru lill-investituri opportunitajiet robusti fejn jinvestu."

Karl Cilia, Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma stqarr li “bl-ewwel green bonds qed nuru d-dedikazzjoni tagħna biex inkomplu nsaħħu l-prattiċi ambjentali f'Malta. Huma wkoll xhieda tal-fiduċja li l-investituri għandhom fil-viżjoni tagħna għal futur aktar sostenibbli. Ninsabu ħerqana biex inkomplu nkunu minn ta' quddiem f'dan il-qasam."

Għal aktar tagħrif, żur www.wsc.com.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Il-Borża ta’ Malta bl-ewwel Green Bonds
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Il-Borża ta’ Malta bl-ewwel Green Bonds
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Il-Borża ta’ Malta bl-ewwel Green Bonds
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow