Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President se jattendi t-18-il laqgħa informali tal-Grupp Arraiolos fil-Portugall

pr231513
Date Icon 04/10/2023

Il-President ta' Malta George Vella ħalla Malta dalgħodu għal Porto fil-Portugall għat-18-il Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta' Stat Mhux Eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-'Grupp Arraiolos'.

Il-laqgħa, immexxija mill-President tal-Portugall Marcelo Rebelo de Sousa, se tikkonsisti f'żewġ sessjonijiet, li matulhom il-Kapijiet ta' Stat mistennija jiddiskutu fost oħrajn il-gwerra fl-Ukrajna u l-isfidi li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea, u l-Parlament Ewropew.

Il-Grupp Arraiolos tlaqqa' għall-ewwel darba 20 sena ilu mill-President Portugiż ta' dak iż-żmien Jorge Sampaio fil-belt ta' Arraiolos bil-għan li l-Kapijiet ta' Stat Mhux Eżekuttivi jaqsmu ħsibijiethom fuq dak li jkun għaddej fl-Ewropa u lil hinn minnha. Is-sena li għaddiet, il-laqgħa saret Malta u tmexxiet mill-President Vella.

Sakemm il-President ikun impenjat f'Porto, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta.

Il-President Vella mistenni lura Malta nhar is-Sibt, 7 ta' Ottubru 2023.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow