Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq

pr231507
Date Icon 03/10/2023

Nomini ta' Kandidati

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta' Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Għaxaq wara r-riżenja tal-Kunsillier Andreas Gatt, sa nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Ottubru, 2023 f'nofsinhar.

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar minn nhar l-Erbgħa, 4 ta' Ottubru sal-Ġimgħa 6 ta' Ottubru, 2023, jew  online permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar l-Erbgħa 4 ta' Ottubru fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 6 ta' Ottubru, 2023.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90. 

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow