Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat il-proġett “Church Trails of Malta”

pr231505
Date Icon 02/10/2023

Ġie inawgurat “Church Trails of Malta”, proġett li permezz tiegħu knejjes li jinsabu f’26 lokalità madwar Malta, inġabru ġeografikament biex itejbu l esperjenza għall Maltin u t turisti li jżuruhom filwaqt li japprezzaw il patrimonju kulturali Malti. Il knejjes u l-kappelli magħżula huma l istess li f’dawn l aħħar ħames snin għaddew minn xogħol ta’ konservazzjoni u restawr permezz ta’ fondi Ewropej, b’ħafna miż-żoni huma ddedikati lill Madonna u lil San Pawl.

Bil għan li dawn ix xogħlijiet ta’ restawr iħallu riżultat pożittiv fuq il prodott turistiku Malti, il knejjes inġabru fi tliet gruppi ta’ rotot (it Tramuntana, iċ Ċentru, u n Nofsinhar ta’ Malta) sabiex it turist ikun jista’ jagħżel ir rotta skont iż żona li jixtieq iżur. Sabiex tiġi ffaċilitata din l għażla, inħoloq is-sit churchtrailsmalta.com b’iktar dettalji dwar il proġett ta’ restawr li sar f’kull post tar-rotta.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, fil-preżenza tas-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross.

Il Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif il-proġett “Church Trails of Malta” se jkompli jsaħħaħ l impenn tal Gvern li jattira iżjed turiżmu reliġjuż lejn pajjiżna. “Malta hija żona turistika waħda. Fil qasam tal kultura u r reliġjon kull raħal u belt f’Malta u Għawdex għandhom ħafna x’joffru lit turisti li jiġu jżuruna. Ninsabu ottimisti li din it trail, fost ħafna iżjed inizjattivi oħrajn, ser tagħti spinta enormi lill isforzi tagħna li nsaħħu din in niċċa tant importanti għas sostenibbiltà tas settur turistiku f’pajjiżna,” saħaq il Ministru Clayton Bartolo.

Is Segretarju Parlamentari Chris Bonett spjega li permezz tal Fond Ewropew għall Iżvilupp Reġjonali qiegħed isir żvilupp kulturali madwar bosta lokalitajiet f’Malta. L għan tal proġett huwa li jsaħħaħ il pożizzjoni ta’ knejjes diġà frekwentati filwaqt li jintroduċi oħrajn fit turiżmu lokali. “Dan l investiment ta’ madwar €4 miljun se jgħin sabiex postijiet żgħar iżda b’wirt kulturali importanti jkomplu jikbru, u jikkontribwixxu għal prodott iżjed awtentiku tat-turiżmu Malti”, għalaq Chris Bonett.

L Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li l proġetti kollha ta’ restawr li saru f’dawn il-ħames snin kif ukoll il proġett taċ Church Trails of Malta huma att ta’ ġustizzja ma’ dawk li ġew qabilna u ħallewlna dan il patrimonju li permezz tiegħu esprimew il fidi tagħhom b’mod sabiħ. “Għalhekk irridu nagħmlu l almu tagħna sabiex inħarsu dan il patrimonju ħalli jkun apprezzat mill Maltin kollha llum u mit turisti li jiġu jżuruna, kif ukoll mill ġenerazzjonijiet futuri li lilhom irridu nħallu wirt tassew sabiħ. Inħares ‘il quddiem għal aktar proġetti ta’ kollaborazzjoni bħalma hu “Church Trails”, li jħallu l ġid fis soċjetà tagħna,” tenna l-Isqof Awżiljarju filwaqt li rringrazzja lil kull min ta’ sehmu f’dan il proġett, b’mod partikolari lill Fondazzjoni għall Patrimonju Kulturali tal Arċidjoċesi ta’ Malta, lill EMCS għas servizz ta’ konsulenza, u lid diversi restawraturi li ħadmu fuq il proġetti kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat il-proġett “Church Trails of Malta”
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat il-proġett “Church Trails of Malta”
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat il-proġett “Church Trails of Malta”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow