Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim għal aktar aċċessibbiltà tax-xjenza u t-teknoloġija għall-anzjani

pr231504
Date Icon 02/10/2023

Illum ġie ffirmat ftehim bejn l-entitajiet governattivi tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST). Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-Kapijiet Eżekuttivi rispettivi, Dr Renzo De Gabriele u Silvio Scerri, fil-preżenza tal-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti.

Dan il-ftehim għandu l-għan li jwassal aktar tagħrif dwar ix-xjenza u t-teknoloġija lill-anzjani permezz taċ-ċentru interattiv tal-Esplora, b'rati tad-dħul aktar vantaġġjużi u b'pakketti mfassla apposta għalihom, fejn l-anzjani se jkunu jistgħu japprezzaw aktar il-meravilji tax-xjenza b'mod uniku u interattiv.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela spjega kif permezz ta' dan il-ftehim, ser ikunu qed jiġu organizzati attivitajiet biex iħajjru aktar anzjani jinteressaw ruħhom fix-xjenza u t-teknoloġija. “Dan ikompli jimxi mal-mira tal-gvern li nkomplu nżommu l-anzjani attivi  mhux biss fiżikament iżda wkoll inkomplu noffru programm ta' attivitajiet edukattivi li jkompli jkabbar l-għarfien tal-individwu," tenna l-Ministru Abela.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti tkellem ukoll dwar l-importanza tal-entitajiet governattivi sabiex jaqdu l-valuri soċjali li dan il-gvern iħaddan. “Aħna rridu nifirxu dejjem aktar l-għarfien tax-xjenza u t-teknoloġija, anki permezz ta' dan iċ-ċentru interattiv tal-Esplora. Huwa importanti li t-tagħlim edukattiv ma jieqafx biss mat-tfal u ż-żgħażagħ, iżda jingħata wkoll lil persuni anzjani sabiex dawn ikunu jistgħu jgħadduh lill-uliedhom u ulied uliedhom," temm jgħid Azzopardi Tanti.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MCST Silvio Scerri qal “Permezz ta' dan il-ftehim, 7,000 anzjan u anzjana se jgawdu minn esperjenza unika fl-Esplora. L-għan tagħna ta' kuljum huwa li nqarrbu x-xjenza u t-teknoloġija lejn nies ta' kull età. L-Esplora huwa post ta' skoperta u ta' tagħlim. Din ser tkun opportunità biex l-anzjani jiskopru, dak li forsi meta kienu żgħar ma kellhomx l-opportunità li jiskopru."

Il-Kap Eżekuttiv tal-AACC, Dr Renzo De Gabriele, saħaq li l-entità dejjem taħdem biex tagħmel dawn it tip ta' ftehimiet ma' diversi entitajiet biex tilħaq l-aspirazzjonijiet diversi li jkollhom l-anzjani. Fl-istess ħin l-Esplora toffri opportunitajiet kbar ta' skambju interġenerazzjonali li huwa importanti ħafna fis-soċjetà tal-lum.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim għal aktar aċċessibbiltà tax-xjenza u t-teknoloġija għall-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow