Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: Il-Ministru Jonathan Attard jattendi għal konferenza ministerjali fl-okkażjoni tal-20 sena mill-Konvenzjoni ta’ Palermo

pr231496
Date Icon 01/10/2023

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard attenda għal konferenza ministerjali fuq il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali organizzata fis-Sala Giovanni Falcone u Paulo Borsellino, f'Palermo, l-Italja. Il-laqgħa ffukat fuq tliet temi prinċipali li trattaw l-istrumenti legali u ġudizzjarji, l-għodod u l-aħjar prattiċi għall-ġlieda kontra l-fenomenu tat-traffikar ta' persuni u immigrazzjoni, u l-prijoritajiet prinċipali għat-triq 'il quddiem.

It-tema tal-istrumenti legali u ġudizzjarji, azzjonijiet nazzjonali u sfidi relatati, tat opportunità biex il-pajjiżi membri jitkellmu dwar l-inizjattivi li qed jittieħdu biex tiġi indirizzata sfida komuni fost diversi pajjiżi, dik marbuta mat-traffikar ta' persuni u tal-immigranti.

Tul din id-diskussjoni, il-Ministru Jonathan Attard tenna kif f'Malta qed issir ħidma estensiva interministerjali f'dan il-qasam biex nassiguraw li pajjiżna jkollu l-għodod kollha neċessarji minn aspett legali u ġuridiku biex jieħu l-azzjonijiet neċessarji fil-konfront ta' dan il-fenomenu.

“F'Malta għaddejja ħidma biex dawk il-persuni li mhumiex intitolati li joqogħdu Malta, jiġu ripatrijati lura skont id-dispożizzjonijiet fil-Protokoll, madankollu, il-proċess mhux dejjem ikun wieħed sempliċi, partikolarment peress li ħafna mill-immigranti huma mingħajr dokumenti. Fl-istess ħin, Malta tikkoopera mal-Libja, u tirrikonoxxi l-ħidma tal-gwardja tal-kosta Libjana fil-prevenzjoni ta' tluq irregolari," tenna l-Ministru Attard.

F'dan ir-rigward il-Ministru semma wkoll kif fl-aħħar jiem Malta ospitat il-MED9, fejn l-immigrazzjoni kienet waħda mill-punti prinċipali fuq l-aġenda bejn il-mexxeja.

Il-Ministru Jonathan Attard għalaq billi tenna li d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem qiegħed jaħdem, fi sħubija mal-Kunsill tal-Ewropa, u f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, fuq it-tfassil ta' Strateġija u Pjan ta' Azzjoni ġodda dwar it-Traffikar tal-Bniedem. Dan il-pjan se jkompli jsaħħaħ ix-xenarju ta' Malta kontra t-traffikar, kemm f'termini ta' prosekuzzjoni tal-akkużati, kif ukoll ta' protezzjoni tal-vittmi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA: Il-Ministru Jonathan Attard jattendi għal konferenza ministerjali fl-okkażjoni tal-20 sena mill-Konvenzjoni ta’ Palermo
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow