Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ftehim bejn il-MEDAC u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja

pr231478
Date Icon 28/09/2023

Il-Prof. Godfrey A. Pirotta, f'isem il-MEDAC, u l-Ambaxxatur tal-Ġermanja f'Malta, Tanja Beyer, iffirmaw ftehim li permezz tiegħu jkompli jissaħħaħ ix-xogħol importanti li jsir mill-MEDAC sabiex irawwem aktar diplomatiċi.

Waqt l-iffirmar ta' dan il-ftehim, fil-preżenza tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, intqal kif permezz ta' dan il-ftehim qed naraw li nkomplu nsaħħu r-relazzjoni akkademika bejn Malta u l-Ġermanja filwaqt li qegħdin flimkien nikkontribwixxu għal żvilupp ta' studji dwar is-sigurtà reġjonali fil-Mediterran u f'Malta partikolarment.

Dan l-istess ftehim qed jinkoraġġixxi kooperazzjoni akkademika Ewro-Mediterranja u b'hekk ikompli jkabbar kemm il-ħiliet edukattivi tad-diplomatiċi żgħażagħ u anke l-kapaċità tat-tagħlim u r-riċerka tal-istess MEDAC.

Intqal li dan l-investiment, li qed isir għall-proġett bl-isem ta' “German Chair for Peace and Conflict Studies at the MEDAC", se jkun qed iservi wkoll biex isaħħaħ u jkabbar in-netwerk ta' alumni filwaqt li jtejjeb il-kuntatti fl-isfera politika u anke istituzzjonijiet oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ftehim bejn il-MEDAC u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow