Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul iwassal messaġġ favur il-ħaddiema waqt impenn uffiċjali fi Spanja

pr231441
Date Icon 23/09/2023

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul jinsab għaddej b'impenn uffiċjali fi Spanja bħala parti minn programm ta' laqgħat organizzati mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. 

Flimkien ma' ministri minn diversi stati membri tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti mill-istituzzjonijiet Ewropej, Andy Ellul qed jieħu sehem f'numru ta' laqgħat ta' livell għoli dwar il-futur tax-xogħol u tad-djalogu soċjali fil-pajjiżi Ewropej.

Is-segretarju parlamentari indirizza konferenza dwar il-futur tax-xogħol u tad-djalogu soċjali fl-Ewropa, fejn saħaq dwar l-importanza li ma nħallux l-isfidi tat-transizzjoni diġitali u dawk ambjentali jżommuna lura u li għandna nsibu modi kif nutilizzaw l-intelliġenza artifiċjali favur il-ħaddiema.  L-għan hu li noħolqu opportunitajiet ta' xogħol aħjar u ngħinu lill-ħaddiema jiksbu ħiliet ġodda għad-domanda ta' dawn l-opportunitajiet.

Il-Presidenza Spanjola qed tiffoka ħafna mix-xogħol tagħha fuq id-dinja tax-xogħol biex mhux biss tkompli tikber l-ekonomija, imma wkoll tkompli ssir ħidma għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta favur l-ambjent.

Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi modi li jassiguraw il-ġid tal-poplu billi fuq kollox jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, kif ukoll tissaħħaħ il-protezzjoni soċjali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul iwassal messaġġ favur il-ħaddiema waqt impenn uffiċjali fi Spanja
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul iwassal messaġġ favur il-ħaddiema waqt impenn uffiċjali fi Spanja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow