Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Is-Safi Aviation Park xhieda tas-suċċessi fil-qasam tal-avjazzjoni fl-aħħar għaxar snin

pr231437
Date Icon 22/09/2023

“Illum qed niċċelebraw l-għaxar anniversarju mill-ftuħ tas-Safi Aviation Park, iżda aktar minn hekk qed niċċelebraw is-suċċessi tal-aħħar għaxar snin fil-qasam tal-avjazzjoni." Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri waqt li kien qed jindirizza ċerimonja li mmarkat dan l-anniversarju. Is-Safi Aviation Park bħalissa qed iservi wkoll ta' bażi għall-air show li se jittella' matul il-jumejn li ġejjin.

“Għaxar snin ilu, kellna ħolma li jkollna spazju addattat li mhux biss iservi bħala post li fih nimmarkaw l-istorja tal-avjazzjoni f'pajjiżna, iżda wkoll li jservi ta' hub għat-tkabbir u żvilupp ta' dan is-settur f'Malta. Illum il-ħolma tagħna saret realtà, illum l-industrija tal-avjazzjoni tiġġenera €600 miljun fl-ekonomija tagħna," qal il-Ministru Schembri.

Is-Safi Aviation Park, li jkopri 200,000 metru kwadru, jipprovdi l-infrastruttura biex jiffaċilita l-ħolqien ta' cluster tal-avjazzjoni u jservi bħala one-stop-shop għal dan il-qasam li maż-żmien qed ikompli jikber u joħloq aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

Il-qasam tal-avjazzjoni f'pajjiżna llum jinkludi diversi setturi li jaħdmu f'sinerġija flimkien, ir-reġistrazzjoni u operazzjonijiet tal-ajruplani, il-kumpaniji li jagħmlu manutenzjoni u tiswijiet fuq ajruplani (MRO), Immaniġġjar tal-ajruplani u VIP Services, private charters, air taxis, air ambulances, titjiriet u taħriġ ieħor, kif ukoll proġetti ta' riċerka u żvilupp.

Kumpaniji privati bħal Medavia, Gulfmed, Brittan Normand and Aviation Cosmetics jipprovdu s-servizzi  tagħhom propju mis-Safi Aviation Park.

Wieħed mix-xogħol ewlieni ta' INDIS Malta fil-qasam tal-avjazzjoni, li taħtha jaqa' s-Safi Aviation Park, kien il-bini mill-ġdid tat-taxiways. Fl-2016 inbniet mill-ġdid Taxiway Bravo, biex tkun tista' tilqa' fiha l-Airbus A380, l-akbar ajruplan tal-passiġġieri. Fl-2018 ġew inawgurati tliet hangars li żdiedu ma' Taxiway Golf biex bdew jilqgħu għall-bżonnijiet ta' helicopters, private jets, u ajruplani ta' emerġenza. Aktar kmieni din is-sena ġiet inawgurata it-Taxiway Lima, biex tkun tista' takkomoda ajruplani akbar li jkunu jistgħu jinżlu f'pajjiżna għall-manutenzjoni u tiswija.

Il-Ministru Silvio Schembri rringrazzja lill-INDIS Malta għall-ħidma kontinwa tagħha, li jkunu ta' spalla għas-settur privat f'dan il-qasam u jipprovdu infrastruttura ta' eċċellenza minn fejn dan is-settur jista' jkompli jikber. Huwa awgura kull suċċess għall-Air Show li se jittella fi tmiem il-ġimgħa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Is-Safi Aviation Park xhieda tas-suċċessi fil-qasam tal-avjazzjoni fl-aħħar għaxar snin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Is-Safi Aviation Park xhieda tas-suċċessi fil-qasam tal-avjazzjoni fl-aħħar għaxar snin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow