Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr231434
Date Icon 22/09/2023

B'referenza għas-sitwazzjoni fi skola fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża, li l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħareġ stqarrija dwarha aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministeru analizza b'reqqa r-rapport sottomess minn bord indipendenti li twaqqaf aktar kmieni dan is-sajf, li stħarreġ dak li kien qed jiġri f'din l-iskola.

Il-Ministeru ħa b'mod immedjat deċiżjonijiet, inkluż tibdil immedjat, li permezz tagħhom qed jassigura l-ġid tal-istudenti u anki tal-edukaturi, sabiex is-sena akkademika tibda b'sens ta' serenità u armonija.

Il-Ministeru se jibqa' jifli s-sitwazzjoni f'din l-iskola permezz tad-Dipartiment tal-Kwalità u l-Istandard fl-Edukazzjoni biex jassigura li jiġu rispettati l-istandards ta' kwalità edukattiva fl-iskola.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow