Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Jidħlu fis-seħħ regolamenti ġodda li għandhom l-għan li jiżguraw koordinament aħjar mal-kunsilli lokali fejn jidħlu postijiet għall-btala

pr231431
Date Icon 22/09/2023

Bil-għan illi dejjem aktar jiġi mtejjeb il-koordinament fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna, daħlu fis-seħħ regolamenti ġodda ser jagħtu lok għal ħidma iktar effettiva bejn il-kunsilli lokali, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u s-sidien tal-postijiet għall-btala (holiday premises). 

Fil-fatt, mil-lum il-kunsilli lokali ser jkollhom Is-setgħa li jitolbu mingħand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu dettalji u informazzjoni rigward sidien li huma responsabbli minn postijiet għall-btala (holiday premises) u dan bil-għan ewlieni li l-istess kunsilli lokali jkunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex jindirizzaw aħjar u b’mod aktar effikaċi s-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart f’lokalitajiet fejn postijiet għall-btala (holiday premises) huma preżenti. 

B’hekk permezz tat-tali informazzjoni, il-kunsill lokali jkun jista’ jieħu miżuri f’diversi forom, inkluż dawk edukattivi sabiex jkompli jeduka u jagħraf dwar l-iskeda nazzjonali tal-ġranet u l-boroż li jridu jinħarġu fihom kif ukoll miżuri ta’ infurzar, id f’id mal-awtoritajiet kompetenti. Dan fejn jirriżulta nuqqas ta’ osservanza mar-regoli u l-iskeda nazzjonali tal-iskart u dan bl-intendiment ewlieni li jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet ta’ indafa tal-lokalitajiet rispettivi u anke sabiex ikun rispettat l-ambjent li ngħixu fih.

Dawn l-emendi huma turija ċara li dan il-gvern huwa impenjat u kommess li dejjem aktar jagħraf itejjeb is-sistema nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart, li jisħaq fuq il-bżonn tas-separazzjoni tal-iskart u li jassigura li jitħarsu l-liġijiet fejn tidħol indafa pubblika għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow