Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Laqgħa bilaterali bejn Malta u l-Iran

PR231428
Date Icon 22/09/2023

Malta dejjem titkellem dwar l-importanza tad-djalogu u f'dawn l-aħħar jiem innotat l-interazzjoni li kien hemm bejn uffiċjali għolja tal-Unjoni Ewropea u l-Iran. Fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York, fuq talba tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iran, Hossein Amir Abdollahian, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu laqgħa bilaterali ma' dak Iranjan.

Matul din il-laqgħa, il-Ministru Borg kompla jiftaħ fuq id-diskussjoni li kellu r-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Josep Borrell, kif ukoll ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Golf, Luigi Di Maio, mal-istess Ministru Iranjan reċentement. Il-Ministru Borg reġa' tenna l-pożizzjoni komuni tal-Unjoni Ewropea fosthom dwar il-Gwerra Russa fl-Ukrajna u t-tħassib dwar rapporti rigward is-sapport militari lir-Russja min-naħa tal-Iran.

Il-Ministru Borg enfasizza wkoll dwar l-importanza li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd kif ukoll dwar l-importanza li tinstab it-triq għad-dieskalazzjoni bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (JCPOA) fiċ-ċentru.

Matul il-jum tal-Erbgħa, il-Ministru Borg attenda wkoll numru ta' laqgħat u avvenimenti oħra. Primarjament, il-laqgħa urġenti tal-Kunsill tas-Sigurtà li trattat l-aħħar żviluppi fi Ngorno-Karabakh. Malta hija mħassba ħafna dwar l-aħħar eskalazzjoni militari mill-Azerbajġan kontra l-Armeni tal-Karabakh. Borg appella liż-żewġ naħat biex jerġgħu lura għall-interazzjoni diretta b'rieda tajba u biex jiffokaw l-isforzi għal kuntatt diplomatiku li hu aktar kostruttiv u pożittiv. Huwa kkundanna kull att li jipperikola l-ħajjiet ċivili. Malta se tkompli tappoġġja bis-sħiħ lir-rwol ewlieni tal-UE biex tiffaċilita d-djalogu bejn iż-żewġ naħat.

Il-Ministru Borg attenda wkoll il-laqgħa Ministerjali tal-Qorti Kriminali Internazzjonali fejn Malta kompliet turi l-appoġġ tagħha għax-xogħol importanti li qed isir. Malta temmen li l-Qorti Kriminali Internazzjonali għandha rwol kritiku fil-ħidma għall-ġustizzja internazzjonali u se jibqgħu kommessi li jqajjmu aktar għarfien biex titwaqqaf l-impunità li qed naraw f'ċertu reġjuni internazzjonali.

Waqt il-laqgħa Ministerjali tal-Grupp għall-Medjazzjoni, il-Ministru Borg spjega kif aktar minn qatt qabel, fid-dawl tal-kunflitti u theddida li qed tesperjenza d-dinja, il-bżonn li jinstabu modi paċifiċi biex ikun solvut dan in-nuqqas ta' qbil hija kruċjali aktar minn qatt qabel, b'hekk il-medjazzjoni hija ċ-ċavetta.

Hawnhekk il-Ministru Malti mexxa wkoll avveniment b'kollaborazzjoni mal-Istati Uniti, il-UNICEF u l-War Child UK li jiffoka fuq id-detenzjoni tat-tfal li jkunu affilijati ma' gruppi armati. Huwa tkellem dwar l-importanza ta' kif nitrattaw ma' dawn it-tfal b'mod partikolari wara l-kunflitt u wara li ma jkunux jibqgħu jagħmlu parti mill-gruppi armati. Huwa qal li huwa essenzjali li nuru kompassjoni u appoġġ b'sensittività u kawtela lejn dawn it-tfal filwaqt li dejjem nġibu fuq quddiem id-drittijiet tagħhom.

Il-Ministru Ian Borg attenda wkoll għal-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin għall-Commonwealth, il-laqgħa preparatorja għas-summit tal-mexxejja “Summit of the Future", il-laqgħa Ministerjali għall-kontabilità tal-aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna u d-diskussjoni dwar id-dikjarazzjoni kontra d-detenzjoni arbitrarja fir-relazzjonijiet bejn stat u ieħor.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Laqgħa bilaterali bejn Malta u l-Iran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Laqgħa bilaterali bejn Malta u l-Iran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Laqgħa bilaterali bejn Malta u l-Iran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Laqgħa bilaterali bejn Malta u l-Iran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow