Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI European Shipping Summit: Malta favur settur marittimu sostenibbli iżda kompetittiv

pr231420
Date Icon 21/09/2023

Is-settur marittimu għandu rwol strateġiku fil-kompetittività futura tal-Ewropa. Mis-sigurtà tal-enerġija għas-sigurtà tal-ikel u s-sigurtà tal-provvista, t-tbaħħir iġib l-oġġetti u l-materja prima lejn il-kontinent li l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej jeħtieġu. Fl-istess ħin, qed niffaċċjaw uħud mill-akbar sfidi ta' kull żmien bit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.


Stqarr dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia meta kien qed jindirizza l-European Shipping Summit li sar fi Brussell.


Dan is-summit ġabar flimkien politiċi, regolaturi u partijiet interessati mid-dinja marittima, inkluż kelliema bħall-eks Prim Ministru Portugiż u President tal-Kummissjoni Ewropea Joe Manuel Barroso, l-MEP Vera Tax u l-MEP Karima Delli.

Waqt l-intervent tiegħu, l-Ministru Farrugia enfasizza l-importanza strateġika tal-industrija marittima, liem industrija l-Ewropa ma tistax tinjora. Dan flimkien mal-fatt li l-istess industrija tikkontribwixxi 15% tal-prodott gross domestiku ta' Malta, u l-vantaġġ kompetittiv li għandha l-Unjoni Ewropea hekk kif tiġbor fi ħdanha 40% tal-flotta kurrenti tat-tbaħħir globali.

Huwa rrefera għan-newtralità tal-karbonju u l-miri Ewropej tat-tibdil fil-klima sal-2050, liem miri huwa jiddefinixxi bħala importanti. Dan flimkien mal-importanza strateġika li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-ikel, il-mediċina u l-enerġija, partikolarment wara l-pandemija kif ukoll waqt l-avvenimenti ġeopolitiċi li għaddejin fl-Ukrajna. L-industrija marittima għandha rwol prinċipali fit-twettiq ta' dawn l-għanijiet importanti, u għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-industrija tiffaċċja kundizzjonijiet ekwi għar-rigward ta' operaturi minn pajjiżi terzi li jaħdmu mingħajr xkiel mir-regoli u r-regolamenti tal-UE. Dan ġie mtenni wkoll mill-membri oħra tal-panel, partikolarment l-eks President Barroso.


Farrugia wissa li l-Ewropa ma jistax ikollha xenarju fejn ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea jagħtu lok għal riżultat mhux intenzjonat fejn ix-xogħol tat-tbaħħir u l-attività tat-trasbord mill-portijiet tal-UE, b'mod partikolari dawk li jinsabu fil-Mediterran, jiġu ddevjati lejn pajjiżi terzi, u b'hekk jirriżulta f'rilokazzjoni tal-karbonju. Huwa fisser kif dan jhedded il-kompetittività tal-industrija marittima Ewropea u l-portijiet inġenerali.

Il-Ministru Farrugia temm jgħid li t-tmexxija tal-Ewropa fl-industrija marittima ġġib magħha responsabbiltajiet kbar fosthom it-twaqqif ta' standards fid-dekarbonizzazzjoni, d-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni iżda wkoll fl-evitar ta' diżastri ambjentali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI European Shipping Summit: Malta favur settur marittimu sostenibbli iżda kompetittiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI European Shipping Summit: Malta favur settur marittimu sostenibbli iżda kompetittiv
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow