Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U L- L-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Għajnuna lil 100 għaqda volontarja għall-effiċjenza fl-enerġija u l-ilma

pr231418
Date Icon 21/09/2023

Investiment ta' €2.5 miljun mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma

Iktar minn 100 għaqda volontarja qed jibbenefikaw minn fondi tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma biex isiru iżjed effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-ilma.

Permezz ta' din l-iskema, dawn l-għaqdiet qed inaqqsu l-emissjonijiet filwaqt li naqqsu l-ispejjeż tagħhom u b'hekk ikollhom iżjed riżorsi biex isaħħu l-operat u s-servizzi tagħhom fil-komunità.

Waqt attività ta' rikonoxximent lil dawn l-għaqdiet, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet kif skemi bħal dawn juru l-impenn sabiex ħadd ma jaqa' lura fil-mixja lejn is-sostenibbiltà.

“Pajjiżna huwa fortunat li għandu settur tal-volontarjat li dejjem wera kemm hu kapaċi li jwettaq bidliet pożittivi  fil-komunitajiet madwarna. Irridu niżguraw li l-volontarjat jibqa'  wieħed mill-pilastri ewlenin fil-mixja lejn soċjetà aktar sostenibbli u ġusta. B'din l-iskema tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, qed inkomplu nixprunaw lil ħafna voluntiera biex jibqgħu jsaħħu l-ħidma tagħhom, fejn qed iħallu ħafna ġid f'pajjiżna," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) tat madwar €2.5 miljun lil iktar minn 100 għaqda volontarja permezz ta' din l-iskema, li fetħet fl-2019. Kull għaqda rċeviet għotjiet ta' bejn €1,000 u €27,000, skont it-tip ta' proġett.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli faħħret il-ħidma konġunta li saret bejn l-EWA u l-Kunsill Malti għall-Volontarjat, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni għall-Volontarjat, li permezz tagħha seta' jkun hemm sinerġija biex l-iskema tkun tifhem iktar il-bżonnijiet ta' dawn l-għaqdiet volontarji u għalhekk l-iskema tkun iktar immirata għalihom.

“Nemmnu li l-għaqdiet volontarji f'pajjiżna huma stakeholder ewlieni fil-mixja ta' pajjiżna favur is-sostenibbiltà," saħqet il-Ministru Farrugia Portelli.

Il-proġetti implimentati mill-għaqdiet li bbenefikaw minn din l-iskema tul dawn l-erba' snin irriżultaw fi tnaqqis totali ta' 1.4 gigawatt hour ta' enerġija kkunsmata. B'hekk, minbarra li kienu qed jiffrankaw mill-kontijiet tagħhom, dawn l-għaqdiet naqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju (CO2) b'iktar minn 500 tunnellata.

L-għaqdiet li bbenefikaw minn din l-iskema jvarjaw minn għaqdiet soċjali, mużikali u sportivi fost l-oħrajn. Fost il-proġetti li saru fil-faċilitajiet ta' dawn l-għaqdiet volontarji kien hemm restawr ta' ġwiebi, installazzjoni ta' networks għall-ilma sekondarju biex jintuża l-ilma tax-xita, investiment f'apparat tal-kċina u tagħmir t'arja kundizzjonata iktar effiċjenti, u installazzjoni ta' dwal LED u dimming controls.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-EWA Manuel Sapiano, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat Mauro Pace Parascandalo u l-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Jesmond Saliba.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U L- L-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Għajnuna lil 100 għaqda volontarja għall-effiċjenza fl-enerġija u l-ilma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U L- L-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Għajnuna lil 100 għaqda volontarja għall-effiċjenza fl-enerġija u l-ilma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U L- L-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Għajnuna lil 100 għaqda volontarja għall-effiċjenza fl-enerġija u l-ilma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U L- L-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Għajnuna lil 100 għaqda volontarja għall-effiċjenza fl-enerġija u l-ilma
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow