Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada jitla’ s-siparju fuq l-ewwel TECHXPO f’pajjiżna

pr231387
Date Icon 18/09/2023

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri, illum żar l-aħħar preparamenti għal TECHXPO li se ssir bejn għada u l-21 ta’ Settembru, fl-MFCC f’Ta’ Qali. Għada u l-Erbgħa, it-TechXpo se tkun qed tilqa’ fiha persuni li jkunu diġà rreġistraw minn qabel, filwaqt li l-Ħamis, 21 ta’ Settembru, festa pubblika, TECHXPO se tkun miftuħa b’xejn għall-pubbliku inġenerali. 

Din it-TECHXPO qed tgħaqqad taħt saqaf wieħed kumpaniji f’pajjiżna li jaħdmu bl-AI u teknoloġiji innovattivi oħra. F’kummenti li ta, il-Ministru Silvio Schembri qal li din l-expo hija opportunità unika li l-imprendituri Maltin m’għandhomx jitilfu. “Hawnhekk se jkunu qed jieħdu idea reali u jaraw fil-prattika x’hawn fis-suq fejn tidħol AI u teknoloġiji oħra u anke jaraw kif dawn it-teknoloġiji jistgħu jiġu użati għan-negozju tagħhom. Inħeġġeġ lill-familji jżuru t-TECHXPO biex jaraw dak li qed joffri pajjiżna, filwaqt li tagħti idea lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna tal-opportunitajiet li qed joffri pajjiżna u lejn fejn qed timxi l-ekonomija tal-pajjiż”, qal il-Ministru Schembri.

Intant, nhar l-Erbgħa ġewwa t-TECHXPO stess se tkun qed issir laqgħa tal-MED9, fejn pajjiżna se jilqa’ l-ministri responsabbli mill-ekonomija diġitali, jew rappreżentanti tagħhom minn Malta, l-Italja, Franza, Spanja, il-Portugall, il-Greċja, Ċipru, l-Islovenja u l-Kroazja fejn fost oħrajn se jkunu qed jiddiskutu kif nistgħu nikkoperaw flimkien biex nieħdu l-vantaġġi u l-opportunitajiet li l-AI toffri għall-ġid tas-soċjetajiet tagħna u fl-istess ħin nilqgħu għall-isfidi u riskji li dawn it-teknoloġiji jistgħu jippreżentaw.

Aktar informazzjoni fuq TECHXPO tista’ tinkiseb minn TECHXPO MALTA – Innovate – Evolve – Excel (https://techxpo.eu/)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada jitla’ s-siparju fuq l-ewwel TECHXPO f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada jitla’ s-siparju fuq l-ewwel TECHXPO f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Għada jitla’ s-siparju fuq l-ewwel TECHXPO f’pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow