STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati Finali u Allokazzjoni ta' Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali - Stock tal-Gvern ta' Malta – Settembru 2023
B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 231317 ippubblikata l-Ħamis, is-7 ta' Settembru 2023, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali tal-allokazzjoni tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) f'kull stock.
F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €327,115,400 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €260,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €140,000,000.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali
Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tat-Tlieta, 5 ta' Settembru 2023, it-Teżor irċieva 2,600 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li jammontaw għal €81,615,400. Kif tħabbar nhar il-Ħamis, is-7 ta' Settembru, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha. Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:
| Deskrizzjoni tal-iStock | Numru ta' applikazzjonijiet u allokazzjoni | Valur nominali tal- applikazzjonijiet u allokazzjoni (€) |
| 4.00% Malta Government Stock 2033 (IV) offered for retail investors at the price of €100.75 | 2,080 | 63,469,500 |
| 4.30% Malta Government Stock 2038 (II) offered for retail investors at the price of €102.00 | 520 | 18,145,900 |
| Total subcriptions by retail investors | 2,600 | 81,615,400 |
Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ħamis is-7 ta' Settembru 2023, it-Teżor irċieva 58 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €245,500,000 li ġew allokati kif ġej:
| Deskrizzjoni tal-iStock | Numru ta' applikazzjonijiet u allokazzjoni | Valur nominali tal- applikazzjonijiet u allokazzjoni (€) |
| 4.00% Malta Government Stock 2033 (IV) offered for retail investors at the price of €100.75 | 2,080 | 63,469,500 |
| 4.30% Malta Government Stock 2038 (II) offered for retail investors at the price of €102.00 | 520 | 18,145,900 |
| Total subcriptions by retail investors | 2,600 | 81,615,400 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en