Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jilqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina Wang Yi

pr231378
Date Icon 17/09/2023

Fi tmiem il-ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, kellu l-pjaċir jilqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, Wang Yi, fl-ajruport mal-inżul tiegħu għal diskussjonijiet diplomatiċi mal-Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti tal-President, Joe Biden.

Il-laqgħa kienet segwita minn diskussjoni qasira iżda estensiva dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u ċ-Ċina kif ukoll bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina.

Iż-żewġ ministri tal-affarijiet barranin qablu li l-unika triq ’il quddiem hija li jkomplu jippromwovu relazzjoni kostruttiva fil-livelli kollha.

Il-Ministru Ian Borg kellu wkoll l-opportunità li jakkumpanja lill-Prim Ministru Robert Abela waqt il-laqgħa tiegħu ma’ Jake Sullivan, il-Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti tal-President Joe Biden. Waqt din il-laqgħa, il-Ministru Borg kellu l-opportunità li jkollu diskussjoni qasira mal-konsulent tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti dwar ir-rwol attwali ta’ Malta bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u dwar l-impenji tiegħu għall-ġimgħa d-dieħla waqt il-ġimgħa ddedikata għal-laqgħat ta’ livell għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda.  

Wara dawn il-laqgħat, il-Ministru Ian Borg ikkummenta li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ se jkompli jagħmel il-parti tiegħu sabiex jiffaċilita opportunitajiet miftuħa ta’ komunikazzjoni f’konformità mal-politika li jkollna futur aktar ġust, paċifiku u prosper.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jilqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina Wang Yi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jilqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina Wang Yi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jilqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina Wang Yi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow