Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

pr231376
Date Icon 17/09/2023

Il-EuroPride Valletta 2023 suċċess

Waqt li niżel is-siparju fuq EuroPride Valletta 2023, li kienet id-29 edizzjoni minn kemm ilha tiġi organizzata l-EuroPride fl-ibliet Ewropej, jinħass sens ta' sodisfazzjon kemm mill-organizzaturi lokali kif ukoll mill-European Pride Organisers Association li tagħti l-permess tagħha għal din il-manifestazzjoni.

Ilbieraħ, is-Sibt, inġabret folla numeruża sabiex tipparteċipa kemm fil-Pride March tradizzjonali kif ukoll biex tattendi l-kunċert uffiċjali. L-attendenza għall-Pride March u għall-kunċert, inklużi dawk li segwew l-avveniment minn Pjazza Tritoni, qabżet it-38,000 persuna. Dan immarka punt sinifikanti għall-Pride March. Il-fatt li għaliha attendew eluf ta' barranin, irriżultat fl-akbar parteċipazzjoni fl-istorja f'dawn l-aħħar 20 sena li Malta ilha torganizza dan l-avveniment.

Fil-EuroPride, barra karrijiet b'messaġġi fuq id-drittijiet ċivili, l-ugwaljanza u l-inklużjoni, spikkat il-bandiera ġganteska  ta' kważi 25 metru bil-kuluri tal-qawsalla, li mindu ġiet iddisinjata minn Gilbert Baker fl-1978 saret simbolu li jirrappreżenta d-diversità tal-komunità LGBTIQ+.

Wara l-marċ tal-EuroPride li beda minn Triq Sant'Anna u mexa tul it-toroq ewlenin tal-Belt Valletta, segwa kunċert spettakolari fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem tal-aqwa talenti fix-xena mużikali lokali waqt li l-kantanta internazzjonali Christina Aguilera kienet l-attrazzjoni ewlenija f'dan il-kunċert.

Matul l-għaxart ijiem tal-EuroPride Valletta 2023, li kellhom it-tema Ugwaljanza mill-Qalb, saru mat-tmenin attività fi Pjazza Tritoni fejn il-Pride Village kien il-qalba ta' ħafna minn dawn l-attivitajiet.

Il-programm tal-attivitajiet tul għaxart ijiem tal-EuroPride kien jinkludu kunċerti u varjetà ta' wirjiet; films; konferenza fuq id-drittijiet tal-bniedem ta' tlett ijiem; forum internazzjonali bis-sehem, fost oħrajn, ta' politiċi minn diversi pajjiżi; diskussjonijiet fuq temi ta' relevanza kemm għal persuni LGBTIQ+ kif ukoll għas-soċjetà.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg qalet li hija sodisfatta bil-parteċipazzjoni mifruxa mhux biss tal-komunità LGBTIQ+ iżda wkoll tas-soċjetà ċivili.

Hija esprimiet fiduċja li l-EuroPride xprunat diskussjoni wiesgħa fil-pajjiż u serviet bħala mezz ta' edukazzjoni biex jingħelbu l-preġudizzji fuq il-komunità LGBTIQ+.

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg qalet li dan għandu jkompli jgħin biex isseħħ il-bidla fl-imġiba u fil-mentalità ta' uħud li minħabba n-nuqqas ta' għarfien għadhom m'għarfux il-ħtieġa li naħdmu favur soċjetà ugwali. 

Żiedet tgħid li dan jikkumplimenta r-riformi li saru fil-pajjiż favur l-ugwaljanza u jkompli jsaħħaħ ir-rieda politika biex Malta tkompli twettaq ir-riformi u tkompli żżomm l-ewwel post fl-indiċi Ewropew tal-ugwaljanza.

Malta issa tgħaddi l-mandat għaċ-ċelebrazzjoni tal-EuroPride tas-sena d-dieħla li ser issir f'Tessalonika fil-Greċja.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow