Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Clean-ups f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex b’rabta ma’ World Cleanup Day 2023

pr231370
Date Icon 16/09/2023

Għat-tieni sena konsekuttiva, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali nieda skema finanzjarja marbuta ma' 'World Cleanup Day'. Din il-ġurnata tiġi ċċelebrata kull sena u tgħaqqad miljuni ta' voluntiera, gvernijiet u organizzazzjonijiet madwar id-dinja biex jindirizzaw il-problema globali tal-iskart. Din is-sena World Cleanup Day qed tittella' llum, is-Sibt 16 ta' Settembru.

Wara li nħarġet sejħa ta' interess għall-kunsilli lokali u reġjonali, 45 Kunsill Lokali bbenefikaw minn fondi sabiex, matul ix-xahar ta' Settembru, jorganizzaw attivitajiet ta' tindif u ġbir ta' skart fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

L-għan ewlieni ta' din l-inizjattiva huwa li l-kunsilli jgħaqqdu l-komunitajiet rispettivi tagħhom sabiex isir tindif li permezz tiegħu l-lokalitajiet Maltin u Għawdxin jingħataw dehra aktar nadifa.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaret diversi lokalitajiet fejn kienu qed isiru clean-ups, fosthom il-lokalità ta' Pembroke u l-Imsida. Waqt dawn iż-żjarat, is-Segretarju Parlamentari sostniet li permezz ta' World Cleanup Day qed ikompli jiġi ġġenerat aktar għarfien u kuxjenza dwar il-ħtieġa li postijiet pubbliċi jinżammu ndaf.

“Ambjent san u nadif ikollu impatt pożittiv fuq saħħet il-bniedem u jikkontribwixxi għal anqas mard. Għaldaqstant, qed inwasslu messaġġ lis-soċjetà li investiment fl-indafa huwa investiment f'saħħitna," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

L-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali jvarjaw minn tindif ta' toroq u spazji miftuħa sa ġbir ta' skart minn diversi ġonna, bajjiet u underwater clean-ups. Permezz tal-fondi li ngħataw, il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar se jkun qed iniedi wkoll kampanja ta' edukazzjoni b'kollaborazzjoni mal-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji dwar l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat min-negozji.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Clean-ups f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex b’rabta ma’ World Cleanup Day 2023
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Clean-ups f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex b’rabta ma’ World Cleanup Day 2023
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Clean-ups f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex b’rabta ma’ World Cleanup Day 2023
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Clean-ups f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex b’rabta ma’ World Cleanup Day 2023
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow