Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET 58 student itemmu b’suċċess l-ewwel bootcamp b’tema teknoloġika

pr231369
Date Icon 16/09/2023

Matul dan ix-xahar fl-Università ta' Malta ttella' bootcamp għall-istudenti ta' bejn is-seba' u d-disa' sena skolastika, fejn l-istudenti ġew mgħallma l-proċessi u l-ħidma li hemm wara l-iżvilupp ta' teknoloġija partikolari.

58 student attendew għall-Bootcamp Xploring Intelligence, fejn ingħataw ċertifikat għall-parteċipazzjoni tagħhom. Wara s-suċċess ta' din is-sena, din l-inizjattiva se tkun qed terġa' tittella' s-sena d-dieħla.

Din l-inizjattiva ttellgħet permezz ta' kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA), Tech.mt u l-eSkills Foundation, il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u l-Università ta' Malta.

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li, “Illum ħajjitna hija mdawra bit-teknoloġija u minn xħin inqumu sa ma norqdu nkunu mdawrin u nkunu qed nużaw xi forma jew oħra ta' apparat teknoloġiku. Għaldaqstant, il-bootcamp kien esperjenza intensiva ta' ġimgħa, li matulha ż-żgħażagħ tagħna setgħu jifhmu aħjar il-proċessi użati biex tinħoloq it-teknoloġija li jużaw fil-ħajja tagħhom ta' kuljum."

Il-Ministru Schembri tenna li aktar studenti għandhom jiġu mħeġġa sabiex jagħżlu suġġetti teknoloġiċi għall-istudji tagħhom. “Dawn huma x-xogħlijiet li għandna bżonn illum u se jkollna bżonn għall-futur u intom il-futur tagħna," qal il-Ministru Silvio Schembri, filwaqt li ħeġġeġ lill-istudenti biex nhar il-Ħamis, 21 ta' Settembru, jattendu għat-TECHXPO – expo fuq id-dinja teknoloġika li se tkun qed tittella' fl-MFCC f'Ta' Qali.

Il-Pro Rettur tal-Università ta' Malta l-Professur Frank Bezzina qal li, “Din il-kollaborazzjoni, sabiex jiġi organizzat dan il-bootcamp, hija pass fid-direzzjoni t-tajba biex noħolqu futur li jersaq aktar lejn futur b'teknoloġija avvanzata. Billi nrawmu fl-imħuħ taż-żgħażagħ tagħna u nesponuhom għat-teknoloġija ġodda bħal AI, inkunu qegħdin niżirgħu ż-żerriegħa għall-ġenerazzjonijiet futuri li jistgħu jmexxu l-innovazzjoni u tibdil pożittiv."

Il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA Kenneth Brincat enfasizza fuq l-importanza li l-għarfien fuq it-teknoloġiji emerġenti jibda minn età żgħira. “It-teknoloġija hija element li jinsab kontinwament preżenti fil-ħajja ta' wliedna, u għalhekk inizjattiva bħal din flimkien ma' oħrajn ikomplu jippreparaw lill-ġenerazzjonijiet futuri u lil pajjiżna biex ikompli jsaħħaħ ir-riżorsi umani tiegħu, speċjalment f'xenarju fejn qed naraw domanda li dejjem qed tikber għal nies b'ħiliet f'dan is-settur. Inizjattivi bħal dan il-bootcamp jindirizzaw proprju dan," tenna s-Sur Brincat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET 58 student itemmu b’suċċess l-ewwel bootcamp b’tema teknoloġika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET 58 student itemmu b’suċċess l-ewwel bootcamp b’tema teknoloġika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow