Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: “Għal kull €1 investita f’cash rebate, ġie ġġenerat €3 fl-ekonomija Maltija” – studju indipendenti

pr231367
Date Icon 15/09/2023

Studju dwar l-impatt ekonomiku tal-industrija tal-films f’Malta li sar mill-Malta University Consulting Limited janalizza l-impatt li qed tħalli din l-industrija fl-ekonomija Maltija.  

Minn dan l-istudju jirriżulta li għal kull ewro ta’ finanzjament pubbliku investit permezz tal-iskema tal-cash rebate, jirriżulta f’multiplier ta’ kontribuzzjoni ekonomika ta’ tliet darbiet fuq l-ekonomija lokali.

Dan il-multiplier jikkunsidra biss dħul ritenut u minfuq fil-pajjiż u jeskludi kompletament kull nefqa, kemm dik rebated u kemm dik li mhijiex, li m’għandiex impatt ekonomiku lokali. Dan ifisser li pagi ta’ atturi u pagi ta’ crew barranin qed jiġu esklużi, peress li dak il-valur mhux jiġi kkunsidrat bħala minfuq u ritenut f’pajjiżna fil-kalkulu ta’ dan il-multiplier.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata mill-ekonomista Jessica Camilleri, l-ekonomist Dustin Chodorowicz, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech u l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

“Il-cash rebate li noffru lill-produzzjonijiet barranin u anke lokali li jilħqu numru ta’ tragwardi, kien, għadu u ser jibqa’ meħtieġ biex Malta tkompli tattira iżjed proġetti li jixtiequ jiġbdu l-istorja tagħhom hawnhekk. L-interess tagħna huwa bbażat li jkollna inċentivi fiskali kompetittivi, b’saħħithom u li huma sostenibbli għas-snin li ġejjin,” saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech stqarr li “Dan l-istudju jikkonferma dak li aħna ilna nsostnu. Din l-industrija mhijiex piż fuq il-pajjiż iżda hija l-enerġija tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Ir-riżultat huwa ċar – għal kull ewro li ninvestu fil-cash rebate, nieħdu tliet ewro lura. Aħna ser inkomplu naħdmu biex noħolqu aktar jobs għall-Maltin u Għawdxin, irridu aktar negozji jiftħu l-business tagħhom fil-films, għalhekk determinati biex dak li ksibna flimkien tul dawn l-aħħar snin, ikun akbar fiż-żmien li ġej.” 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: “Għal kull €1 investita f’cash rebate, ġie ġġenerat €3 fl-ekonomija Maltija” – studju indipendenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: “Għal kull €1 investita f’cash rebate, ġie ġġenerat €3 fl-ekonomija Maltija” – studju indipendenti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow