Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Amsterdam Dress għal wiri fi Spazju Kreattiv b’messaġġ qawwi għall-ugwaljanza

pr231359
Date Icon 14/09/2023

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg flimkien mal-Ambaxxatriċi tal-Olanda għal Malta Djoeke Adimi inawguraw fi Spazju Kreattiv l-Amsterdam Dress li kienet saret għall-ewwel darba fil-EuroPride fl-Olanda fl-2016.

Fl-okkażjoni tal-EuroPride ta' Malta, il-mudella Maltija Michela Buhagiar libset l-Amsterdam Dress, kunsidrata bħala biċċa xogħol artistika u monumentali, magħmula mill-bnadar tal-pajjiżi fejn huwa illegali li tkun persuna LGBTIQ+.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li filwaqt li Malta qegħda tiċċelebra l-kisbiet tad-drittijiet ċivili li saru fl-aħħar għaxar snin għall-komunità LGBTIQ+, ma tistax tagħlaq għajnejha għar-realtà kiefra fejn dawn il-persuni għadhom iddiskriminati u ppersegwitati.

Żiedet tgħid li l-Amsterdam Dress mhix sempliċiment liebsa, iżda hija sejħa li tidwi kontra l-oppressjoni u favur il-valuri tal-ugwaljanza.

L-Ambaxxatriċi Olandiża Djoeke Adimi qalet li b'din il-libsa simbolika b'messaġġ qawwi, id-disinjaturi tagħha riedu jqajmu diskussjoni u għarfien dwar il-bżonn li l-inklużjoni u l-ugwaljanza jkunu dritt universali fil-pajjiżi kollha tad-dinja.

L-Ambaxxatriċi qalet li din il-libsa li tinsab fil-kollezzjoni tal-Mużew ta' Amsterdam, tinkludi fost oħrajn il-bnadar ta' tmien pajjiżi fejn persuni omosesswali jistgħu jingħataw il-piena tal-mewt.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm Arnout van Krimpen, mill-Fondazzjoni tal-Amsterdam Dress u wieħed mid-disinjaturi ta' din il-libsa.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Amsterdam Dress għal wiri fi Spazju Kreattiv b’messaġġ qawwi għall-ugwaljanza
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Amsterdam Dress għal wiri fi Spazju Kreattiv b’messaġġ qawwi għall-ugwaljanza
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow