Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Imnedija 5 proġetti li se jwasslu għall-konservazzjoni aħjar tal-ilma tax-xita

pr231358
Date Icon 14/09/2023

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Bonett ħabbru ħames proġetti li fihom se jinħolqu sistemi aħjar għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita. Dawn il-proġetti se jsiru fil-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid, il-Mosta, Marsaskala u Għajnsielem.

It-total ta' fondi allokati għal dawn il-proġetti huwa ta' 'l fuq minn €2 miljun u se jkunu parzjalment iffinanzjati minn fondi Ewropej, permezz tal-programm LIFE. L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma ser tkun qed tieħu ħsieb il-koordinazzjoni tal-programm LIFE RBMP, filwaqt li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jkun inkarigat mill-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-ilma tax-xita.

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li dawn il-proġetti se jkunu qed jiffokaw primarjament fuq is-sostenibbiltà u l-konservazzjoni tal-ilma tal-pjan billi se jkun hemm ħażna aħjar tal-ilma fil-widien, fil-ġonna u fl-ispazji miftuħa. Dan l-ilma se jkun jista' jintuża mill-bdiewa għat-tisqija tas-siġar tal-frott u l-ħxejjex u fl-istess waqt se jiġi evitat l-għargħar fit-toroq.  

Il-Ministru semma wkoll kif permezz ta' dan l-investiment,  spazji miftuħa se jingħataw dehra isbaħ, se jkunu aktar sostenibbli u se jkunu jistgħu jintużaw aħjar mill-pubbliku.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett saħaq kif bl-għajnuna ta' Fondi Ewropej se jkunu jistgħu jitwettqu dawn il-proġetti, li huma wkoll parti mill-ħidma tal-gvern li jkompli jżid spazji miftuħa li jwasslu għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

“Permezz ta' dan l-investiment u kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet, qegħdin nibdlu spazji li jinsabu abbandunati fi spazji li jistgħu jitgawdew minn kulħadd filwaqt li nikkonservaw l-ilma tax-xita u naraw li jintuża b'mod sostenibbli," qal is-Segretarju Parlamentari Bonett.

Għat-tnedija ta' dawn il-proġetti kienu preżenti wkoll is-Sindku ta' Raħal Ġdid Dominic Grima u l-Inġinier Andrew Vella, li qed jikkordina l-proġetti f'isem id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Aktar informazzjoni dwar il-5 proġetti:

  • Raħal Ġdid: Ġnien, li se jkun imsemmi għall-eks Membru Parlamentari Silvio Parnis, se jiġi restawrat b'mod sostenibbli, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid. Se tkun qed tinbena ġiebja biex taħżen l-ilma tax-xita għat-tisqija tas-siġar u l-pjanti fil-ġnien. Il-ġnien se jkun mgħammar ukoll b'tagħmir li jista' jintuża mit-tfal u outdoor gym. Bl-għan li aktar nies jipprattikaw l-isport, parti mill-proġett se jkun qed jinkludi basketball court.
  • Mosta: F'Wied Għajn Mula, b'kollaborazzjoni ma' Project Green, se jsir ir-restawr tal-wied, fejn se jkun imnaddaf mill-ħama u se jitħawlu fih siġar u arbuxelli indiġeni li huma aktar addattati għall-wied minflok dawk invażivi. B'kollox se jitħawlu madwar 200 siġra. Barra minn hekk, ħitan tas-sejjieħ imwaqqa' se jkun qed jerġa' jinbena mill-ġdid.
  • Marsaskala: F'Wied il-Għajn, b'kollaborazzjoni ma' Project Green, se jsir tindif u se jitneħħew speċi invażiva. B'kollox se jitħawlu 114-il siġra ġdida ta' speċi li jistgħu jifilħu għan-nixfa. Dan filwaqt li l-ilma tax-xita se jkun maħżun biex jintuża mill-bdiewa.
  • Għajnsielem: Fil-Pjazza tad-Dehra, Ġnien Amabile Cauchi se jiġi mmodernizzat u se tinbena ġiebja taħt l-art għall-ħażna tal-ilma għat-tisqija. Barra minn hekk, se jitħaffru boreholes fejn se jinġabar l-ilma tax-xita mit-toroq, biex jiġi evitat għargħar fl-inħawi.
  • Għajnsielem: F'Wied Simirat, se jsir tindif tal-ilqugħ tal-ilma (diegi) mill-iskart u l-ħamrija li nġemmgħu fihom. Barra minn hekk, se jinqalgħu speċi invażivi u minflokhom se jitħawlu siġar endemiċi.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Imnedija 5 proġetti li se jwasslu għall-konservazzjoni aħjar tal-ilma tax-xita
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Imnedija 5 proġetti li se jwasslu għall-konservazzjoni aħjar tal-ilma tax-xita
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Imnedija 5 proġetti li se jwasslu għall-konservazzjoni aħjar tal-ilma tax-xita
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow