STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta Triq Santa Dminka fil-Belt Victoria u tinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li saru fi Triq Santa Dminka fil-Belt Victoria b'investiment ta' aktar minn €830,000. Din it-triq saret kollha mill-ġdid wara li nbidlu s-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ, żdied water culvert sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar u ngħatat it-tarmak.
“Lestejna wkoll kompletament Triq Santa Dminka biex b'hekk komplejna ntejbu l-infrastruttura fir-Rabat, Għawdex. Fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol fit-Triq ta' Wara s-Sur u sussegwentement jibqa' għaddej għall-junction il-ġdida kif ukoll Triq Wied Sara," stqarr il-Ministru Camilleri.
Il-ministru tenna li dan kollu hu parti mill-istrateġija li dan il-Gvern għandu għall-Belt Victoria sabiex numru ta' triqat importanti jsiru mill-ġdid u jiġu indirizzati l-bottlenecks biex tittaffa l-problema tat-traffiku.
“L-għan aħħari huwa fuq kollox li jiġi eliminat it-traffiku miċ-ċentru tal-ibliet u l-irħula Għawdxin u jingħata lura aktar spazju lill-pubbliku," temm jgħid il-Ministru Camilleri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en