Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Ġustizzja u Rappreżentant Speċjali għall-President tal-Korea t’Isfel

pr231342
Date Icon 12/09/2023

Matul il-jum tat-Tlieta, it-12 ta' Settembru, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg iltaqa' mal-Ministru għall-Ġustizzja u Rappreżentant Speċjali għall-President tal-Korea t'Isfel Han Dong Hoon sabiex jiddiskutu kif pajjiżna u dak tal-Korea t'Isfel jistgħu jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet diġà b'saħħithom ta' bejniethom.

“Matul l-aħħar 57 sena, iż-żewġ pajjiżi tagħna bbenefikaw b'mod profond minn rabtiet mill-qrib, imsejsa fuq ħbiberija stmata, fiduċja reċiproka, u r-rispett," qal il-Ministru Borg, filwaqt li stqarr li madankollu hemm lok għal aktar kollaborazzjoni, speċjalment f'oqsma ta' interess reċiproku, bħall-kummerċ u l-kooperazzjoni fuq bażi Ministerjali.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Rappreżentant Speċjali għall-President tal-Korea t'Isfel Han Dong Hoon irringrazzja lil Ministru Ian Borg tal-ospitalità li rċieva ġewwa pajjiżna u saħaq li jinsab ħerqan sabiex iż-żewġ pajjiżi jsibu mezzi bħall-kummerċ biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom.

Matul il-laqgħa ġew diskussi bosta temi oħra, fosthom ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Korea t'Isfel kif ukoll l-gwerra tal-Ukrajna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Ġustizzja u Rappreżentant Speċjali għall-President tal-Korea t’Isfel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Ġustizzja u Rappreżentant Speċjali għall-President tal-Korea t’Isfel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg b’laqgħa mal-Ministru għall-Ġustizzja u Rappreżentant Speċjali għall-President tal-Korea t’Isfel
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow