Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat il-proġett artistiku “Metamorfożi” f’Ħad-Dingli

pr231338
Date Icon 12/09/2023

Proġett artistiku bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità 

“Metamorfożi” huwa l-isem li ngħata lil proġett artistiku li ġie inawgurat fiż-żona ta’ San Pawl tal-Pitkali ġewwa Ħad-Dingli. L-inawgurazzjoni tal-proġett, xogħol l-artist Chris Ebejer, saret mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u mis-Sindku tal-lokalità Raymond Schembri. 

Fost dawk li attendew għal din l-inawgurazzjoni kien hemm grupp ta’ persuni b’diżabilità; Warren Cordina, Johnny Vella, Keith Bonnici, Rosaria Zerafa, Karsten Abdilla u Noel Cacciottolo minn Aġenzija Sapport; li kienu involuti direttament fl-istadji inizjali tal-abbozzar ta’ dan il-proġett. 

Il-proġett artistiku jkopri skultura interattiva li fiha jevolvu l-kunċetti tal-ħajja, tal-libertà u tal-ġmiel naturali. Il-proġett se jkun jifforma parti minn Heritage Trail tal-istess lokalità.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli ddeskriviet dan il-proġett bħala wieħed ta’ relevanza b’saħħitha. “Proġett artistiku li jissimbolizza l-kunċetti tar-reżiljenza, tal-ħajja, tal-libertà  u tal-isbuħija naturali u jinkorpora fih il-kunċett tal-inklużività. Il-ħsieb eċċellenti tal-artist li fi stadju inizjali, bħalma huwa l-abbozzar tal-proġett, jinvolvi s-sehem ta’ persuni b’diżabilità, iwassal messaġġ qawwi favur l-inklużjoni. Messaġġ li għandu jistimula l-ħsieb li persuni b’diżabilità għandhom ikunu kkunsidrati bħal u daqs ħaddieħor.”

Is-Sindku ta' Ħad-Dingli, Raymond Schembri tenna li dan il-proġett huwa xhieda tal-ħidma tal-Kunsill Lokali biex din il-lokalità tkun tassew inklużiva. “Bħalissa qed naħdmu fuq tliet proġetti oħra li kollha jimbuttaw dan il-kunċett,” sostna s-sindku.

Min-naħa tiegħu, l-artist tal-proġett Chris Ebejer ta spjegazzjoni tal-iskultura. “Waqt id-disinn ta’ din l-iskultura użajna l-istadji kollha naturali ta’ trasformazzjoni ta’ farfett, minn dudu għal farfett. Simbolu tal-ħajja, ta’ ferħ, ta’ libertà.  Il-ħsieb wara dan il-kunċett huwa l-armonija li tinħoloq permezz tal-friefet, rappreżentanza ta’ soċjetà li toħloq armonija waħda. L-abbozz sar kollu mill-kartun. Fl-istadji ta’ disinn b’sodisfazzjon involvejna  persuni b’diżabilità,” spjega l-artist Chris Ebejer.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat il-proġett artistiku “Metamorfożi” f’Ħad-Dingli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat il-proġett artistiku “Metamorfożi” f’Ħad-Dingli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat il-proġett artistiku “Metamorfożi” f’Ħad-Dingli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat il-proġett artistiku “Metamorfożi” f’Ħad-Dingli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow